Issib lil oħtha wara siegħat ta' qtigħ il-qalb u biża'

....jirnexxila tagħmel kuntatt ma' Carol u żewġha wara ħafna attentati li fallew

Ross u Carole ... ħasbuhom mejtin, imma sabuhom
Ross u Carole ... ħasbuhom mejtin, imma sabuhom

Il-biża' u t-terrur li ġabu magħhom l-attakki f'Nizza wasslu biex mijiet ta' qraba u ħbieb ġrew għall-ewwel mobile biex jippruvaw jagħmlu kuntatt ma' l-għeżież tagħhom li kienu qegħdin f'Nizza. Familja Skoċċiża rrapurtat l-istat ta' paniku li kienet tinsab fih hekk kif ma setgħux jagħmlu kuntatt ma' Carole u r-raġel tagħha Ross. It-tnejn kienu qed igawdu vaganza fil-belt ta' Nizza sal-bieraħ, meta seħħew l-attakki minn terrorista Franċiż, ta' dixxendenza Tuneżina. 

Wara li l-istorja tagħhom spiċċat daret bosta siti tal-aħbarijiet u wara ħafna taqtiegħ il-qalb, oħt Carole ħalliet messaġġ illi sa fl-aħħar kien irnexxielhom jagħmlu kuntatt magħhom. 

L-attakk fi Franza ħalla 84 mejtin u madwar 50 persuna midruba, 10 minnhom tfal. 

More in Socjali