L-Oroskopju
Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa
minn Paul Jon
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Karriera: F’dawn ix-xhur, hemm bżonn ta’ iktar konċentrazzjoni. Mhux sorpriża jekk int tagħmel xi bidla.
Imħabba: Dan huwa suġġett li hemm bżonn iżżid l-attenzjoni tiegħek sabiex tkattar dak li hemm madwarek. Jekk inti single, hemm prospetti ta’ relazzjoni fil-qrib.
Tbassir: Għaż-żmien li ġej, trid tagħraf tkun iktar moderat f’dak li għandu x’jaqsam miegħek personali. Tajjeb li tħejji għal skeda aħjar ta’ kif tippjana ħajtek.
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma abjad, blu u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 18, 24 u 31.
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Karriera: Ir-responsabbiltà f’dak li int tagħmel, se tkompli tikber, u hemm ċans li titla’ iktar fl-iskaluna tiegħek.
Imħabba: L-istabbiltà hija l-importanza li int għandek bżonn f’dan ir-rigward. Kun iffukat fuq dak li għandek u apprezzah.
Tbassir: Ħu ħsieb li tagħmel ftit iktar bilanċ. Sib spazju fejn teżerċità aktar. Toħloqx tensjoni bla bżonn madwarek.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma blu, aħdar u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 15, 23 u 38.
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.
Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
Karriera: Tibdil li qiegħed idur f’dan il-qasam madwarek, mhux tajjeb li twettqu fil-mument. Agħti ftit żmien ieħor.
Imħabba: L-uġigħ tal-passat għandu jibda jintefa’ u ftit ftit ibda ħares ’il quddiem. Tibqax tgħix fil-passat.
Tbassir: Oppurtunità li hemm madwarek, tajjeb li tagħtiha iktar importanza. Tibżax tagħmel bidla li tkun għall-aħjar.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma aħmar, kannella u abjad.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 17, 22 u 35.
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.
Taurus mill-21 ta’ April dal-20 ta’ Mejju
Karriera: Konċentrazzjoni aktar u għarfien iżjed ta’ dak li tista’ tagħmel f’dan il-qasam huwa importanti. Iffoka aktar.
Imħabba: Mhux li hemm tgħaġġel fuq xi deċiżjoni. Ifli, agħraf u imbagħad ħu deċiżjoni. Toqgħodx fuq dak li jgħidulek imma fuq dak li tħoss int.
Tbassir: Pjan ta’ vaganza huwa fil-qrib. Dan ikun tajjeb għalik sabiex taqta’ ftit u wara terġa’ tingrana fuq dak li huwa essenzjali.
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 11, 20 u 37.
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Karriera: Għalkemm qiegħed issib triq iebsa quddiemek, żomm lilek innifsek iffukat fuq dak li ġej. Huwa bil-wisq tajjeb fl-investiment li wettaqt.
Imħabba: Għalkemm qiegħed iktar iffukat fil-karriera, wasal iż-żmien li ssib spazju għar-relazzjoni tiegħek, u tagħtiha iktar attenzjoni.
Tbassir: Għalkemm xi kultant tħoss ċertu biża’, int xorta ibqa’ miexi. Dak li int tixtieq, se jitwettaq mal-Ħarifa. Kun kawt.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma blu, isfar u oranġjo.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 13, 29 u 38.
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Karriera: Deċiżjoni dwar il-ħidma tiegħek, trid tagħtiha iktar importanza. Toqgħodx tibża’ jekk trid tesprimi għad-drittijiet tiegħek.
Imħabba: Għalkemm sitwazzjoni tinħass xi ftit kalma madwarek, int taf x’hemm ġewwa fik u dak li tixtieq, irid ikun imwettaq.
Tbassir: Hemm ċans kbir ta’ tibdil ta’ dar fejn toqgħod, u din il-bidla turik aktar l-indipendenza tiegħek f’dak li ġej.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma abjad, blu u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 14, 27 u 33.
Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu
Karriera: Ħasda li int ħadt dan l-aħħar, m’għandhiex tkompli taffetwak. Anzi, għolli l-moral ħalli tagħti risposta tal-kapaċitajiet tiegħek.
Imħabba: Żomm il-pass fir-relazzjoni. Iżżejjed mhux tajjeb, imma n-nieqes mhux iktar. Prova żomm il-bilanċ u agħraf ifhem iżjed.
Tbassir: Għandek arja pożittiva riesqa lejk sabiex int tħossok ta’ ljun li int. Din tkun biżżejjed sabiex twasslek fejn int tixtieq.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 15, 29 u 31.
Leo huma magħrufin kemm huma umli.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Karriera: Ambizzjoni li int għandek sabiex tikber fil-karriera tiegħek, jaf tkun ta’ tfixkil fil-kumplament ta’ ħajtek. Għaraf u ifli sew.
Imħabba: Deċiżjoni li taf issir fi żmien qarib taf twaqqaf ir-ritmu romantiku li int għandek. Għalhekk, agħrad żomm il-bilanċ.
Tbassir: Bidla fil-ħajja tiegħek fi żmien qarib taf tikkawża ċertu konsegwenzi. Agħrad ippjana sew u b’hekk tkompli tissaħħaħ.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma oranġjo, isfar u kannella.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 15, 23 u 36.
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru
Karriera: Waqt li l-karriera tiegħek tibqa’ miftuħa għat-tkabbar fiż-żmien li ġej trid tibda tħejji għal ċertu sfidi li se jinqalgħu. Ħejji.
Imħabba: Hawnhekk, trid tagħraf li ma tiħux is-sitwazzjoni li hi waħda garantita. Agħraf li l-ħin u l-ispazju, jingħata tajjeb lill-partner tiegħek.
Tbassir: ostaklu li se jinqala’ jaf ikun ta’ fixkla għalik, imma jek tagħraf tikkontrolla l-madwar tiegħek, kollox jgħaddi u jingħeleb. Kun int!
Kuluri favoriti ma’ Libra huma blu, aħdar u abjad.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 18, 25 u 32.
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.
Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru
Karriera: Deċiżjoni li se tkun bżonn li tieħu fiż-żmien qarib, għandek tagħmel analiżi xierqa sabiex il-pjan imur kif suppost.
Imħabba: Dak li hemm madwarek, ibża’ għalih. Tħallix sitwazzjoni li tista’ tinqala’ toħloq diżgwid fir-relazzjoni tiegħek. Iżen sew.
Tbassir: Opportunità li riesqa lejk se tkun waħda li tkompli timmotivak, u din tkun tarġa oħra ta’ suċċess fil-karriera tiegħek.
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma aħmar, iswed u vjola.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 14, 29 u 37.
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.
Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru
Karriera: Tibdil li qiegħed iseħħ madwarek, għandu jkun ta’ gwadann sabiex il-ħajja ta’ madwarek tkompli tissaħħaħ.
Imħabba: Il-passat għandu jingħalaq jekk int trid tibda xi forma ta’ relazzjoni ġdida. Jekk il-passat se jibqa’ miegħek, m’int se tasal imkien.
Tbassir: Inutli llum tieħu deċiżjoni u l-għada tirtira. Fiż-żmien li ġej għandek tagħmel kuraġġ u tagħmel pass.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma blu, roża u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 1, 15, 22 u 34.
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.
Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Karriera: Responsabbiltà ġdida impoġġija fuqek, m’għandhiex tkun ta’ tfixkil għalik, anzi uri kemm int kapaċi.
Imħabba: Xi kultant, fil-ħajja taħseb li tkun għamilt pass għaqli u jiswik ħażin. Tgħallem minn dan għall-futur.
Tbassir: Fiż-żmien li ġej, għandek tagħraf iktar lilek u titgħallem minn dak li tkun għaddejt. Riesaq żmien aħjar.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma aħmar, blu u vjola.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 19, 25 u 39.
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.