L-Awtoritá tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) għada kemm ħadet sehem fil-31 edizzjoni tal-‘Korean World Travel Fair’ (KOFTA), fejn għat-tieni sena konsekuttiva, ġiet aġġudikata l-premju għall-aqwa ‘Marketing’ fit-Turiżmu.
Il-KOFTA, waħda mill-akbar fieri kummerċjali tal-Korea, li għaliha attendew 500 organizzazjoni minn 50 pajjiż differenti, issir bl-iskop li ssaħħaħ il-kompetittività tat-turiżmu minn u lejn il-Korea.
Is-CEO tal-Awtoritá tat-Turiżmu ta’ Malta, Paul Bugeja stqarr li “l-parteċipazzjoni tagħna waqt il-KOFTA qajjmet interess kbir mill-industrija tal-ivjaġġar Koreana, kif ukoll mill-media u l-pubbliku ġenerali.”
Bugeja kompla jgħid li “Ninsabu ovvjament kuntenti ħafna li l-MTA rebħet għal darb’oħra il-premju prestiġġjuż għall-aħjar ‘Marketing’ fit-Turiżmu, li juri li l-isforzi li jsiru mill-MTA, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment, qed jiġu rikonoxxuti anke minn pajjiżi tal-Punent. “
Bugeja rringrazzja wkoll l-uffiċju tal-MTA fil-Ġappun għax xogħol eċċellenti li għamel fil-promozzjoni ta’ Malta f’dan ir-reġġjun.”