Anke ċ-Ċhairperson tal-Awtorità tax-Xandir attendiet għall-EUROVISION

Fid-dawl ta' mistoqsija parlamentari, ħareġ li din is-sena, anke ċ-Ċhairperson tal-Awtorità tax-Xandir attendiet għall-Eurovision fi Stokkolma

Iċ-Ċhairperson tal-Awtorità tax-Xandier attendiet għall-Eurovision fi Stokkolma wkoll
Iċ-Ċhairperson tal-Awtorità tax-Xandier attendiet għall-Eurovision fi Stokkolma wkoll

Il-Finali tal-Festival tal-Eurovision ta' din is-sena, u l-ispejjeż li nteffqu għal din l-edizzjoni donnu li jse ibqa' jqajjem mistoqsijiet għal tul ta' żmien.

Infatti, waqt seduta Parlamentari aktar kmieni din il-ġimgħa, id-deputat Nazzonalista Clyde Puli staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali kemm-il Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir qatt tela’ mad-delegazzjoni tal-PBS, bħala parti mid-delegazzjoni jew mhux, biex jara l-Eurovision Song Contest matul is-snin.

Għal din il-mistoqsija, il-Ministru Owen Bonnici rrisponda li qatt ma kien hemm każ qabel, fejn chairperson tal-Awtorità tela’ għall-Eurovision. Din is-sena iżda, iċ-chairperson tal-Awtorità telgħet Stokkholma għall-Eurovision, pero’ din ma kinetx tifforma parti mid-delegazzjoni tal-PBS. 

Fil-fatt, l-ispejjeż tal-mawra ġew koperti mill-Awtorità tax-Xandir u ammontaw għal € 3453.25.  Bonnici saħaq li fis-snin l-imgħoddija l-Awtorità tax-Xandir kienet membru sħiħ tal-EBU u f’Malta, sew iċ-chairperson u uffiċċjali tal-Awtorità ġieli attendew attivitajiet li kienu qed jiġu organizzati mill-PBS Ltd.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli. 

More in Socjali