Klieb gwida mhux problema...l-annimali l-oħrajn f'gaġġa

... u kull ħsara, telf jew aċċident huwa responsabilità tiegħek

Il-klieb fuq it-trasport pubbliku, maqfulin jew le?
Il-klieb fuq it-trasport pubbliku, maqfulin jew le?

Klieb gwida, klieb li jassistu lil min ibati minn nuqqas ta' smigħ u klieb tal-assistenza jistgħu jitilgħu fuq tal-linja mingħajr ebda forma ta' problema, imma kull annimal ieħor jeħtieġ jitpoġġa f'kontenitur forma ta' gaġġa fuq ħoġor sidhom. Din hija l-politika tal-kumpanija li tmexxi t-trasport pubbliku, il-Malta Public Transport (MPT) u li ġiet ikkomunikata lill-illum.com.mt wara l-istorja li dehret fil-gazzetta ILLUM ta' nhar il-Ħadd li għadda dwar il-ġarr ta' klieb u pets oħrajn fuq it-trasport pubbliku. 

L-MPT fil-fatt ikkonfermat li klieb jew annimali oħrajn jistgħu jinġarru fuq xarabank dejjem jekk ikunu mpoġġijin f'kontenitur (forma ta' gaġġa apposta għall-annimali) u li dan ikun miżmum fuq is-sid. Dan iżda ma' jgħoddx għall-klieb gwida, klieb li jassistu lil dawk li jbatu minn nuqqas ta' smigħ u klieb tal-assistenza jistgħu "jittellgħu fuq il-karozza tal-linja dejjem." 

Fi tweġiba lil dan is-sit intqal ukoll illi jekk passiġġier itella' annimal fuq karozza tal-linja "se jinżamm responsabbli għall-ħsarat, telf jew aċċidenti li jinqalgħu fil-preżenza tiegħu fuq tal-linja." 

Il-Ħadd li għadda l-gazzetta ILLUM żvelat kif waqt inċident fuq tal-linja li ġie rrapurtat lil din il-gazzetta mara inbtalbet tniżżel lill-kelb tagħha li kienet qed iżżomm fuq ħoġorha. Minn kuntatt li l-istess gazzetta għamlet mat-taqsima tal-customer care tal-MPT, daqslikieku klijent, il-persuna li tkellmet ma' dan is-sit infurmatna illi d-deċiżjoni dwar jekk kelb jew kwalunkwe pet jittellax jew le fuq ta-linja hija waħda li jiddeċidieha x-xufier. 

 

More in Socjali