'Sibuna u ejjew salvawna'

Grupp ta' tfal Sirjani ħadu spunt mill-fenomenu dinji tal-Pokemon GO biex jagħmlu appell sabiex jinstabu u jiġu salvati huma

Appell minn tfal Sirjani biex jiġu salvati
Appell minn tfal Sirjani biex jiġu salvati

Il-logħoba Pokemon GO, li fi ftit jiem saret fenomenu dinji, serviet ta' inspirazzjoni biex grupp ta' tfal Sirjani, jagħmlu appell sabiex bħal ma miljuni ta' nies qegħdin joħorġu ifittxu u jġemmgħu il-Pokemon, bl-istess mod jinstabu u jiġu salvati huma wkoll.

"Sibu lilna u ejjew Salvawna"

Il-kampanja fuq l-internet, imnedija mir-'Revolutionary Forces of Syria Media Office', bl-għajta ta' "Sibuna u ejjew Salvawna", qegħda turi numru ta' ritratti ta' tfal Sirjani jżommu quddiem sidirhom stampi ta' karattri tal-logħoba Pokemon GO, bi kliem bis-Sirjan li jappella biex issir xi ħaġa għas-sitwazzjoni tagħhom, bit-tama li jiġu salvati mis-sitwazzjoni li jinsabu fiha f'pajjiżhom.

Minn meta bdew il-konflitti fis-Sirja, diġà mietu l-fuq minn 450,000 persuna.

More in Socjali