Il-bdoti tal-ALPA fil-Belt biex jiġġieldu l-mandat ta' inibizzjoni

L-ALPA tgħid li l-mandat ta' inbizzjoni jheddilhom drittijiethom

L-Air Malta u membri tal-union tal-bdoti, ALPA marru l-Belt Valletta sabiex jiġġieldu l-mandat ta' inibizzjoni li għamlet il-linja tal-ajru nazzjonali, Air Malta, kontra d-dritt tagħhom li jagħmlu xi azzjoni industrijali.

L-ALPA sostniet li dan il-mandat ta' inibizzjoni jhedded lill-union u l-ħaddiema li ma jistgħux jipprattikaw id-dritt tagħhom ta' sħubija libera fil-union tal-għażla tagħhom.

Il-union u l-linja tal-ajru jinsabu għaddejin b'diskusskonijiet dwar il-ftehim kollettiv tal-bdoti tagħha, bil-bdoti jitolbu żidiet fil-pagi tagħhom. Il-bdoti ma ċaħdux rapporti li qed jitolbu żieda ta' 30% fuq il-paga bażika tagħhom, fuq erba' snin.

More in Socjali