'Il-Jerma għandha titwaqqa''

Il-Kunsill Lokali ta' Marsaskala jisħaq illi din l-istruttura mostruża u bla użu għandha tiġi kkundannata u għandha titwaqqa' minnufih

Il-Bini żdingat u abbandunat li darba kien il-lukanda Jerma Palace
Il-Bini żdingat u abbandunat li darba kien il-lukanda Jerma Palace

Il-Kunsill Lokali ta' Marsaskala jappella lil Awtorità tal-Ippjanar sabiex tieħu il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jitneħħa b'mod permanenti l-periklu, l-inkonvenjent u r-riskji gravi li l-bini żdingat u abbandunat ta' dik li kienet il-lukanda Jerma Palace qed toħloq għal saħħet in-nies u l-interess pubbliku fiż-żona ta' Marsaskala.

Il-Kunsill jisħaq illi din l-istruttura mostruża u bla użu għandha tiġi kkundannata u għandha titwaqqa minnufih anke jekk il-permess għall-iżvilupp jibqa’ pendenti. 

Minn lukanda lussuża għal rovina mostruża
Minn lukanda lussuża għal rovina mostruża

Il-Kunsill jittama illi l-Awtorità tal-Ippjanar tilqa’ din it-talba u tieħu azzjoni b’mod urġent fl-interess tal-ħarsien tas-saħħa pubblika u għall-ġid tal-lokalità kollha li tinkludi r-residenti kif ukoll dawk kollha li jżuru din il-lokalità kif ukoll fl-interess nazzjonali ta' pajjiżna.

Għaldaqstant, il-Kunsill qiegħed jitlob sabiex jittieħdu l-passi kollha bla aktar telf ta’ żmien.

More in Socjali