Ħallikom mill-Facebook għax se jwaqqagħkom fid-dnub

...il-Papa Franġisku jwiddeb lis-sorijiet tal-klawsura dwar Facebook u Twitter 

Is-sorijiet mitlubin joqgħodu attenti minn ħafna Facebook
Is-sorijiet mitlubin joqgħodu attenti minn ħafna Facebook

Sa ftit snin ilu l-klawsura kienet ċertezza illi soru tinqata' kompletament mid-dinja materjali u tagħti ħajjitha lill-Mulej. Mhux daqstant hekk illum, hekk kif il-bibien tal-monasteru m'għadhomx iżommu 'l bogħod lis-soru mill-ħajja ta' barra u bil-miġja tas-siti soċjali, dak li ma tarahx realment, tarah virtwalment. 

Għalhekk, il-Papa Franġisku f'ittra miktuba lil dawn is-sorijiet qalilhom biex iżommu l-bogħod mill-użu kontinwu u ħażin tal-Facebook. "Il-Facebook u Twitter huma importanti għall-formazzjoni u komunikazzjoni imma jistgħu iwasslu għal evażjoni mill-ħajja fraterna u jistgħu kinkoraġixui ħajja li tagħti ħafna importanza lix-xalar." Il-Papa widdeb ukoll dwar l-użu ħażin ta' dawn is-siti u qal li dan jista jtellef ukoll il-meditazzjoni tas-sorijiet fil-ħajja tagħhom fil-kunvent, fejj huma mistennijin jiddedikaw ħafna ħin għat-talb u l-ġabra. 

Huwa ħeġġeġ lis-sorijiet tal-klawsura biex jattendu taħriġ, anke jekk dan ikun barra l-binja tal-kunvent, imma qal ukoll li l-"importazzjoni" ta' sorijiet f'kunventi biex dan jibqa' ħaj u mimli, għandu jkun evitat. 

More in Socjali