Il-Ġermaniżi jemmnu li huma jmisshom jaqlawha…

Aktar minn tlett kwarti tal-Ġermaniżi jemmnu li l-Ġermanja dalwaqt se tkun fil-mira ta’ xi attakk terroristiku

Ambulanzi fil-Ġermanja wara li refuġjat ta' 17-il sena attakka nies fuq ferrovija
Ambulanzi fil-Ġermanja wara li refuġjat ta' 17-il sena attakka nies fuq ferrovija

Skont statistika li saret, aktar minn tlett kwarti tal-Ġermaniżi jemmnu li l-Ġermanja dalwaqt se tkun fil-mira ta’ attakki terroristiċi.

Infatti, 70 fil-mija ta’ dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ jistennew li l-attakk se jseħħ dalwaqt.

Din il-biża’ żdiedet wara li aktar kmieni din il-ġimgħa, refuġjat Afgan ta’ 17-il sena attakka u weġġa xi passiġġieri fuq ferrovija wara li ħebb għalihom b’mannara u sikkina. L-istat Iżlamiku (IS) ħa r-responsabbiltà ta’ dan l-attakk.

Il-Pulizija sparaw fuq iż-żgħażugħ u qatluħ wara li dan weġġa’ erba’ turisti min Hong Kong fuq il-ferrovija u weġġa’ mara oħra Ġermaniża waqt li hu kien qed jaħrab mill-Pulizija.

Dan l-attakk fuq il-ferrovija ġara biss ftit ġranet wara li raġel Tuneżin saq fuq folla nies f’Nizza, b’riżultat li nqatlu 84 persuna. L-istat Iżlamiku (IS) kien ħa responsabbiltà ta’ dan l-attakk ukoll.

Il-Ministru tal-Ġustizzja Ġermaniż, Heiko Maas, saħaq li “mhemmx raġuni ta’ paniku, minkejja li l-Ġermanja tista’ tkun fil-mira ta’ xi attakk.”

Fl-istħarriġ, 1,271 biss mill-Ġermaniżi mistoqsijin, 20% tat-total, ma jistennew ebda attakk fil-futur qarib.

Ħareġ ukoll li 59% jemmnu li fil-Ġermanja qegħdin jittieħdu biżżejjed miżuri biex jiddefendu l-poplu mit-terroriżmu.

More in Socjali