Smajt x'ġara... le għax ma rajtx l-aħbarijiet

L-Aħbarijiet jibqa' l-aktar mezz popolari li bih il-Maltin iżommu ruħhom aġġornati

L-Aħbarijiet huwa l-aktar mezz li bih il-Maltin isegwu x'qed jiġri
L-Aħbarijiet huwa l-aktar mezz li bih il-Maltin isegwu x'qed jiġri

Mill-mezzi kollha li jintużaw biex wieħed isegwi x'inhu jiġri fil-pajjiż, l-Aħbarijiet jibqa' l-aktar mezz popolari biex il-Malti jżomm ruħhu aġġornat.

Dan ħareġ minn stħarriġ li kien jagħmel parti mir-rapport annwali tal-Ombudsman, fejn jidher li 22% tal-Maltin, għażlu l-aħbarijiet biex isegwu xi jkun qed jiġri madwarhom.

It-TV in generali, isegwi b'20%, filwaqt li 16% jżommu ruħhom aġġornati permezz tal-internet. 10% tal-poplu jillimitaw il-kisba tal-informazzjoni minn fuq facebook biss.

Il-gazzetti huma użati aktar mir-radju b'persentaġġ ta' 1% aktar, fejn naraw li 12% tal-Maltin jiksbu l-informazzjoni minn fuq ir-radju u 13% minn fuq il-gazzetti.

Jidher li l-ħbieb jitħallew għaz-zekzik u għall-konverżazzjonijiet pjaċevoli, għax 7% biss isegwu dak li jkun qed jiġri minn fuq x'jgħidu sħabhom.

U fl-aħħar dejjem ikun hemm persentaġġ mill-popli li ma jimpurtaħ minn xejn, għax 1% tal-Maltin, qalu li ma jsegwu xejn.

More in Socjali