Issa qed niffriskaw it-toroq tal-Belt

Imissu jistħi min qed iħammeġ it-toroq tagħna

Bħal kull lokalità oħra, il-kunsill tal-Belt Valletta joffri s-servizz b'xejn tal-bulky refuse. Iżda dan iċ-ċittadin ta' qalb tajba (jew maħmuġa) iddeċieda li f'dawn iż-żminijiet ta' sħana kbira, jiffriska Triq Zekka fil-Belt Valletta billi tefa' l-air condition fit-triq. Sab kantuniera u poġġieh hemm. Tal-mistħija min għadu ma fehemx li meta tħammeġ pajjiżek qed turi kemm int maħmuġ int.

More in Socjali