Aktar impjieġi għal persuni b’diżabilità

Numru ta' persuni jiġu ċċertifikati għax-xogħol wara taħriġ moghti miIl-FITA (Fondazzjoni għal Aċċessibilità fit-Teknoloġija tal-Informatika) 

Evarist Bartolo u Justyn Caruana jattendu għal għotja ta' ċertifikati wara taħriġ mogħti mill-FITA lil persuni b'diżabilità
Evarist Bartolo u Justyn Caruana jattendu għal għotja ta' ċertifikati wara taħriġ mogħti mill-FITA lil persuni b'diżabilità

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol, Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, attendew għaċ-ċerimonja tal-għoti taċ-ċertifikati fi tmiem taħriġ mogħti mill-FITA (Fondazzjoni għal Aċċessibilità fit-Teknoloġija tal-Informatika) lil persuni b'diżabilità sabiex dawn ikunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Waqt id-diskors tiegħu l-Ministru Evarist Bartolo semma kif fl-aħħar sentejn, in-numru ta’ persuni b’diżabilità li sabu impjieg żdied b’mod konsiderevoli. Huwa qal li l-ħiliet diġitali, f’kull qasam tal-industriji varji, huma kruċjali fid-dinja tal-lum.

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana saħqet li meta nitkellmu dwar illitteriżmu diġitali, huma l-persuni b'diżabilità l-iktar li huma affettwati ħażin mid-digital divide.

"Għalhekk importanti li nkomplu ninvestu f’qasam bħal dan għaliex għal dawn il-persuni din hija għodda biex jkunu jistgħu jikkumbattu d-diskriminazzjoni li jħabbtu wiċċhom magħha." saħqet Caruana, filwaqt li komplit tghid li "fl-istess ħin tista’ sservi ta’ pjattaforma biex ikunu jistgħu jilħqu l-għanijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom biex ikollna komunitajiet aċċessibli u inklussivi anke fejn jidħol il-qasam tax-xogħol."

Hija fakkret kif illum li qed nitkellmu ħafna iktar dwar drittijiet,  għandna diġà politika għad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità.  Għaddejjin bi proċess ta’ konsultazzjoni biex tiġi ffinalizzata l-istrateġija, b’madwar tmenin proposta li jridu jitwettqu fuq medda ta’ ħames snin  biex id-drittijiet fuq il-karta jibdew jitħaddmu b'mod tanġibbli.  Dr. Caruana qalet li mir-riċerka tal-FITA stess irriżulta li 95% tal-persuni b’diżabilità huma kapaċi jużaw kompjuter u dan ifisser li hemm il-ħtiega li nifirxu iktar.  

F'dan il-kuntest dak li qed tagħmel il-FITA huwa ta’ fejda kbira u awgurat iktar ħidma b’risq il-persuni b’dizabilità. 

More in Socjali