L-ALS icebucket challenge tiffinanzja skoperta ġdida

Inġabru iktar minn $100 miljun f'30 ġurnata għar-riċerka

Matul is-sajf tal-2014, kienu ħafna dawk il-persuni, inkluż personalitajiet, politikanti, atturi u kantanti li ħadu doxxa kiesħa meta tefgħu bramel ta' ilma nġazzat fuqhom. Minkejja l-kritika, l-għan wara dan, kienet li jinġabru fondi sabiex tmur għar-riċerka biex tinstab kura għal din il-kundizzjoni.

Il-flus li nġabru, li jammontaw għal iktar minn $100 miljun, f'temp ta' 30 ġurnata, wasslu sabiex issir skoperta fir-riċerka għal din il-kundizzjoni. Dawn il-flus wasslu biex jiġu ffinanzjati madwar sitt programmi ta' riċerka rigward il-kundizzjoni. Xjenzati li kienu qed jirriċerkaw permezz ta' programm imsejjaħ MinE, irnexxielhom jidentifikaw ġene ġdid, marbut mal-kundizzjoni. Permezz ta' dan, issa r-riċerka tista' tiġi iktar iffukata u anke ssir ħidma sabiex tinstab kura dwar dan.

More in Socjali