Ix-xahar ta' Ġunju rreġistra żieda ta' 5.8% fl-ammont ta' turisti li żaru lil pajjiżna meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta' qabel. Il-medja tat-tul taż-żjara tat-turisti għal matul ix-xahar ta' Ġunju kienet ta' 7.5 iljieli, biż-żieda fin-numru tal-iljieli tilħaq it-8.6%.
L-età medja tat-turisti f'Malta kienu ta' bejn il-25 u l-44 sena, b'total ta' 69,899 turist li jaqgħu taħt dik il-kategorija.
L-ikbar żieda ġiet reġistrata fost it-turisti Amerikani li meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet, dawn żdiedu b'19.8%, warajhom kien hemm żieda ta' 19.2% fit-turisti Spanjoli, u imbagħad l-Iskandinavi b'żieda ta'16.4%. Minkejja dan, kien hemm tnaqqis ta' 58% fit-turisti mil-Libja, u anke tnaqqis ta' 23.2% fost it-turisti mill-Awstrija.
L-Ingliżi jibqgħu l-aktar poplu popolari sabiex jiġi jżur Malta, bit-total ta' ljieli mqattgħin Malta matul Ġunju jilħaq 1,876,776.