John Bundy flok Anton Attard

F'intervista mal-ILLUM kien qal, 'Jien m'għandix xewqat jispeċifikaw dik'

Il-ġimgħa d-dieħla mistenni jinħatar John Bundy bħala CEO tal-PBS, minflok Anton Attard. Il-gazzetta The Times irrappurtat kif il-preżentatur John Bundy mistenni jieħu l-kariga fiż-żmien li ġej, minflok is-CEO attwali Anton Attard li ilu fil-kariga sa minn Awwissu tal-2010.

F'intervista mal-gazzetta ILLUM, lura fi Frar ta' din is-sena, meta ġie mistoqsi dwar jekk hux fit-tir tiegħu li jmexxi l-PBS, Bundy wieġeb, "Mhux se nwieġbek dwar din. Jien m'għandix xewqat li jispeċifikaw din. Inħalli lil kulħadd fil-libertà tiegħu, jara hu." Kompla jgħid li kulħadd jaf x'esperjenza għandu, u kulħadd jaf kif jagħmel ix-xandir.

Dakinhar kien żied jgħid ukoll li, "kulħadd jaf li jien korrett ħafna f'dak li nagħmel, issa jien ma nikkmanda lil ħadd u mhu se nħabbat il-bibien ta' ħadd. Nixtieq nagħmel dak li naf."

More in Socjali