Illum, qabel nofsinhar, ġuvni Żvizzeru ta’ 18-il sena, kien involut f'inċident fil-bajja ta' St Peter’s Pool, f' Marsaxlokk, meta qabeż fil-baħar u għal xi raġuni weġġa' u ġarrab ġrieħi gravi.
Fuq il-post issejjħu l-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta, flimkien mal-ambulanza biex jassistu lill-ġuvni.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, iżda mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ Birżebbuġa ghadhom għaddejjin.