Tmint itrabi kellhom jingħataw il-morfina matul is-sena li għaddiet minħabba li waqt it-tqala, l-omm kienet qed tagħmel użu mill-eroina. Minkejja dan, minn total ta’ 13-il tarbija li twieldu matul l-2015 lil ommijiet li jieħdu d-droga, ħamsa minnhom ma kellhomx bżonn jieħdu l-morfina jew jieħdu xi tip ta’ trattament jew terapija partikolari. Fil-fatt, dawn it-trabi marru lura d-dar mal-omm wara ġimgħa mit-twelid. L-ommijiet kienu kollha jieħdu l-eroina, methadone jew opjaċi oħra. Din is-sena hemm ħames nisa li jużaw id-droga u qed jistennew tarbija u ħamsa oħra li diġà welldu matul din is-sena.