Sena ħabs għal serqa ta' €184

Raġel u mara Franċiżi jitressqu l-Qorti t'Għawdex fuq akkużi ta' serqa

Raġel u mara Franċiżi jitressqu l-Qorti t'Għawdex fuq akkużi ta' serqa
Raġel u mara Franċiżi jitressqu l-Qorti t'Għawdex fuq akkużi ta' serqa

Raġel ta’ 29 sena u mara ta’ 25 sena, t-tnejn imwielda Franza illum tressqu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Paul Coppini, fil qorti t'Għawdex. Huma ġew akkużati li jumejn ilu, ikkommettew serqa li kienet tammonta għal €184, minn ħanut ġewwa Għajnsielem.

L-imputati wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom u l-Maġistrat ordna li jitħallsu lura l-ammont ta’ €184 u ngħataw sentenza ta’ sena ħabs, sospiża għal sentejn.

More in Socjali