'Reġa mar l-internet...ara ħa nagħmel kafè għax għandi hangover papali'

Problemi fl-internet, sessjonijiet ta' kafè kif ukoll hangovers huma fost it-tliet fatturi li l-aktar jnaqqsu l-produttività fl-uffiċċju

Minn ħamest'ijiem, skont riċerka minn HSS Hire, persuna tkun produttiva fi tlieta biss
Minn ħamest'ijiem, skont riċerka minn HSS Hire, persuna tkun produttiva fi tlieta biss

Minkejja li l-uffiċċju huwa l-post fejn suppost il-ħin kollu tiela' x-xogħol,  minn ħamest'ijiem ħaddiema f'uffiċċju huma produttivi biss sa tliet'ijiem minnhom. Fost l-aktar fatturi li jwasslu għal nuqqas ta' produttività hemm problemi ta' natura teknoloġika, meta jieqaf l-internet jew jeħel il-laptop, kif ukoll is-sessjonijiet ta' kafè, tè jew anke tipjip ta' sigaretti. Mhux b'sorpriża, fattur ieħor li jwassal għal ġurnata xejn produttiva fuq il-post tax-xogħol huwa xi lejl barra mimli xorb u burdell. 

Dan joħroġ minn riċerka li sar minn HSS Hire fost 2,000 ħaddiem fir-Renju Unit, illi juri wkoll kif it-temp sħun jaf jaffetwa sew ukoll il-livell ta' produttivita' ta' persuna li taħdem f'uffiċċju. U jekk barra hemm is-sħana u hemm bżonn tixgħel l-aircondition l-istess riċerka turi kif seba' minn kull 10 impjegati jkollhom xi jgħidu minħabba t-temperatura. Min irid jinġazza u min irid jisħon fl-uffiċċju u sadanittant kulħadd ibiddel it-temperatura tal-air condition f'nofs ħafna kontroversji. 

Filwaqt li l-istess riċerka turi kif il-Ġimgħa tibqa' l-inqas ġurnata produttiva, jiżvela wkoll kif f'ġurnata tipika 15-il minuta mill-ħin tax-xogħol huma dedikati għat-tqasqis fuq in-nies u 14-il minuta f'użu ta' siti onlajn mhux relatait max-xogħol. 

Fatturi oħrajn, skont din ir-riċerka, li jwasslu għal nuqqas ta' produttivita' fl-uffiċċju huma kollegi li l'ħin kollu jparlaw, uffiċċju storbjuż, ġuħ, problemi personali u apatija. 

More in Socjali