aġġornata | Jirbaħ id-dritt tal-istrajk

'Nittamaw li jiefqu l-attentati kontra d-drittijiet tal-unions'

Il-linja nazzjonali tal-ajru, Air Malta tilfet il-mandat ta' inibizzjoni li kienet ippreżentat fil-Qorti kontra l-union tal-bdoti, l-ALPA. Kienet għamlet dan sabiex timpedi lill-union milli tagħmel azzjoni industrijali.

Fil-Qorti, l-Imħallef Silvio Meli ma laqax it-talba tal-Air Malta għaliex ma rnexxilhiextipprova t-talbiet tagħha.

Il-ġimgħa li għaddiet, fil-Qorti, l-union tal-bdoti kienet assigurat li jekk jittieħdu azzjonijiet industrijali, dawn m'għandhomx jikkanċellaw it-titjiriet. Min-naħa tagħha, l-Air Malta kienet qalet li ma tridx li tinterfjeri mad-dritt ta' strike imma fl-istess waqt tieħu ħsieb il-finanzi tagħha.

Intant, il-FORUM Unions Maltin esprimew is-sodisfazzjon tagħhom dwar din id-deċiżjoni. "L-azzjonijiet industrijali huma dritt garantit mill-Kostituzzjoni, u l-attentati li unions jiġu mxekkla minn dan id-dritt, huwa tħassib serju għad-demokrazija." Il-FORUM kompla jgħid li jittamaw li ma jkun hemm l-ebda attentat ieħor sabiex jitwaqqfu jew jixxekklu d-drittijiet ta' azzjoni industrijali fil-futur.

More in Socjali