Żbroff ta' drenaġġ f'San Pawl il-baħar

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm f'tax-Xema, San Pawl il-Baħar

Iż-żona magħrufa bħala 'Tax-Xema' mhux rakkomandata għall-għawn minħabba żbroff ta' drenaġġ
Iż-żona magħrufa bħala 'Tax-Xema' mhux rakkomandata għall-għawn minħabba żbroff ta' drenaġġ

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm fiż-żona magħrufa bħala 'Tax-Xema', f'San Pawl il-Baħar, minħabba żbroff tad-drenaġġ.

Iż-żona fejn mhux rakkomandat l-għawn hija ndikata fil-mappa. Tabelli li jindikaw dan l-għeluq twaħħlu fiż-żona kif indikata fl-istess mappa.

Għal aktar informazzjoni fuq il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8.00 ta’ filgħodu sas-2.30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected].

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera. Barra dawn il-ħinijiet, il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iċempel fuq is-sistema awtomatika 2182 7146 jew fuq il-mobile għal Malta numru +356 7950 9918 u għal Għawdex numru +356 7950 9919.

More in Socjali