Il-Pulizija ta' Malta, b'kollaborazzjoni mal-AMBER Alert Europe ħabbret li fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla, l-Pulizija Maltija se tingħaqad mal-pjattaforma Ewropea ta’ allert biex jiġu salvati t-tfal.
Għal dan il-għan ġie mniedi dan il-filmat biex jagħti informazzjoni utli lill-ġenituri kollha dwar kif waqt il-btajjel tas-Sajf, jieħdu ħsieb li wliedom iżommu 'l bogħod mill-periklu, inkluż waqt xi vaganza barra minn xtutna.
Il-Pulizija, javżaw li f'każi fejn ma tkunx taf fejn marru t-tifel jew tifla tiegħek, u wara li jkunu ġew segwiti il-linji gwida mogħtija f'dan l-avviż, għanda tiġi avviċinata l-Pulizija, hekk kif jispjega l-filmat li gej.