Salvat minn ħalq il-mewt wara li jaqa' fuq linja tal-ferroviji

L-għajjat u l-paniku malajr inbidlu f'għajnuna lil raġel b'nuqqas ta' dawl 

Salvat minn ħalq il-mewt
Salvat minn ħalq il-mewt

Filli kulħadd kien għall-kwiet u f'daqqa waħda jinstema' għajjat u paniku hekk kif raġel b'nuqqas ta' dawl li kien qed jistenna l-ferrovija waqa' fuq il-linji, mhux wisq qabel ma' waslet il-ferrovija. Malli nstema' l-ħoss tar-raġel jinstabat, qam kjass u biża' mill-ferrovija li kienet waslet biex tiġi sakemm pgrupp ta' persuni niżlu jagħtu l-għajnuna lir-raġel u tellawh lura fuq il-pjattaforma. 

Ħaddiem tal-Underground ta' Londra mill-ewwel beda jagħmel is-sinjali biex il-ferrovija li kienet fit-triq tieqaf u tevita traġedja. Id-drama kollha seħħet fl-istazzjon ta' Finchley Road, hekk kif ir-raġel li kien qed juża bastun waqa' kif kien fi triqtu biex jaqbad il-linja Jubilee. 

  

More in Socjali