Approvat żvilupp ta' 38 sular f'Tas-Sliema

Il-proġett Townsquare mistenni jżid it-traffiku lejn Tas-Sliema b'3,500 karozza

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-proġett Townsquare f'Tas-Sliema f'laqgħa li damet erba' sigħat. Il-proġett mistenni jkolli 38 sular, b'159 post residenzjali, 4,719 metru kwadru ta' uffiċini, 8,241 metru kwadru ta' spazju kummerċjali u 748 parkeġġ. Dan mistenni jkun l-itwal bini f'Malta, u mistenni jżid in-numru tal-karozzi fiż-żona ta' tas-Sliema bi 3,500 kuljum.

Il-proġett ġie approvat b'maġġoranza minima ta' 7 voti kontra 6, u mistenni jinkludi wkoll ir-restawr ta' Villa Drago. 

Iċ-chairman tal-PA, Vince Cassar oppona għal dan il-proġett u qal li kien għoli b'mod eżaġerat, waqt li semma l-istorju eċċessiv li se jkunu qed jisimgħu kontinwament ir-residenti, għal erba' snin, sakemm jitlesta l-proġett. Il-fażi tal-iskavar tal-proġett għandu jieħu 10 xhur u se jkun qed iwassal biex 28 trakk jgħaddi kuljum mit-toroq ta' Tas-Sliema.

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Ryan Callus ivvota kontra dan l-iżvilupp, waqt li d-deputat Laburista Joe Sammut ivvota favur.

More in Socjali