L-ewwel protesta kontra d-deċiżjonijiet li ttieħdu l-bieraħ mill-awtorità tal-ippjanar il-bieraħ, tfaċċat b'mod silenzjuż fil-forma ta' messaġġ miktub fuq ħajt fit-triq traffikuża li tagħti għall-bieb il-bombi mill-Imsida.
Il-kitba fuq il-ħajt takkuża lill-Awtorità tal-Ippjanar li hija Mafia, wisq probabbli fid-dawl tad-deċiżżjonijiet li ttieħdu l-bieraħ fejn ingħataw il-permessi għall-żewġ proġetti ta' bini għoli fl-Imrieħel u f'tas-Sliema rispettivament, li ħafna ikkunsidraw bħala detrimentali għall-ambjent u għar-residenti tal-madwar.
Xi ħadd ħass li għandu jaqsam l-opinjoni tiegħu ma kull min isuq minn din it-triq...