L-Oroskopju
Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa
minn Paul Jon
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
L-inċertezza li bħalissa qiegħda ddur madwarek, trid tagħraf tikkontrollaha speċjalment fejn tidħol ir-relazzjoni tiegħek fl-imħabba. Il-ġranet li ġejjin jafu jkunu ftit diffiċli imma bħala persuna li temmen fik innifsek għandek tkun b’saħħtek biżżejjed biex din l-inċertezza tingħeleb. Jekk int ma tgħarafx temmen fik innifsek, ikun kollu għal xejn dak kollu li qed tagħmel. Dan huwa mument ta’ prova għalik. Emmen fik u imxi.
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma abjad, blu u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Gemini.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 17, 26 u 32.
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Bidla fil-ħajja tiegħek minn barra, tkun tidher bħala waħda sabiħa u pożittiva, imma minn wara, fiha ħafna iktar x’taħseb għax issa int taf se terfa’ iktar responsabbiltà u trid tagħraf tuża iżjed moħħok minn qatt qabel sabiex tagħraf timxi f’din id-direzzjoni l-ġdida. Imma l-aktar li trid tagħraf huma n-nies ta’ madwarek għax min sejjer ikun lest sabiex jagħtik xi gambetta u sin taf tkun ta’ ħsara kbira. Tafdax u agħraf iżjed.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma blu, aħdar u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Cancer.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 12, 21 u 38.
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.
Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
Magħrufin fil-karattru tagħkom bħala persuni b’ras iebsa, hu san l-aktar li se jispikka bħalissa. Ir-ras iebsa tagħkom għalkemm hemm ċertu raġuni għal dan, imma xi kultant, fil-ħajja trid tkun ftit bilanċjata wkoll, anke meta taf li għandek raġun, speċjalment jekk sitwazzjoni tkun xi ħaġa li se tħabbat wiċċek magħha kuljum. Għalhekk, tajjeb li turi li int għandek raġun, imma ibqa’ miexi.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma aħmar, kannella u abjad.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Leo.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 1, 15, 26 u 31.
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.
Taurus mill-21 ta’ April dal-20 ta’ Mejju
Jonfoħ kemm jonfoħ ir-riħ kontra tiegħek, int trid tkun b’saħħtek biżżejjed li tibqa’ sod. Dan huwa mument li int qed tara l-affarijiet ġejjin xi ftit kontra tiegħek. Għalhekk huwa ħafna importanti li minn dak li qed jiġri, tara x’hemm bżonn ta’ bidla, tara x’inhuma l-punti kardinali li int trid iżżomm, u dawk li issa m’għadhomx aktar vijabbli għall-ħajja ta’ madwarek. Meta din il-fażi tgħaddi, int se tagħraf kemm int persuna aħjar.
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Virgo.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 17, 23 u 34.
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Issa wasal il-mument li int issib ftit spazju għalik sabiex tiffoka aktar fejn huwa l-aktar li għandek tkun iffukat. Wara l-esperjenzi li int għaddejt minnhom, issa trid tinġabar ftit għalik fejn trid tagħmel ftit ta’ analiżi bir-reqqa fejn huwa l-aħjar li int tinvesti l-enerġija tiegħek. Minn dak li int għaddej, għandek tkun taf biżżejjed fejn għax-xhur li ġejjin trid tibda tiffoka. Riżultati aktar ta’ sodisfazzjon, ġejjin lejk. Agħraf.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma blu, isfar u oranġjo.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Libra.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 13, 27 u 33.
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Għalkemm tipprova tkun kawt fir-relazzjoni tiegħek, int qiegħed tinduna b’aktar mod ċar li dak kollu li int qiegħed tagħmel, m’huwa jiswik xejn għax dak li int tixtieq verament ġewwa fik, m’intix issibu. Mhux pass faċli bħalissa sabiex tieħu xi deċiżjoni imma lanqas mhu sew li tibqa’ tinfena ġewwa fik. Fil-ġimgħat li ġejjin se tara aktar żmien iebes minn dak li qiegħda llum. Tajjeb li tibda tippjana għas-soluzzjoni.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma abjad, blu u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Sagittarius.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 19, 25 u 39.
Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu
Persuna li tagħraf, tħares ’il quddiem b’ċerta awtorità, u hekk trid tibqa’ fil-ġimgħat li ġejjin, għalkemm int jaf ikollok tfixkil, trid tibqa’ żżomm lilek iffukat b’aktar pożittività. Tħalli lil ħadd u xejn ma jbiddillek dak li int tant temmen fih. Dan jaf ikun aktar mument ta’ prova għalik milli mument ta’ tfixkil. Fil-ħajja ta’ madwarna, xi kultant jinqalgħu sitwazzjonijeit li jkunu ta’ eżami għalina. Tfallix għal dak li ġej. Kun iffukat.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Scorpio.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 16, 23 u 34.
Leo huma magħrufin kemm huma umli.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Agħraf aktar dak li int kapaċi tagħmel. Toqgħodx tinħela fuq dak li ħaddieħor qiegħed jipprova jimpressjona. Int taf fejn tista’ tasal. Għalhekk, agħraf dan u warrab kull ħsieb ieħor u ibda minn issa, ħejji bħal pjan jew skeda għalik personali sabiex ftit ftit, tibda tibni lilek innifsek. Għalkemm mhux se tkun sitwazzjoni faċli, imma b’determinazzjoni tiegħek, se tasal, basta temmen biss fik innifsek u ħares ’il quddiem.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma oranġjo, isfar u kannella.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Capricorn.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 17, 24 u 38.
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru
Fażi ta’ iktar ħsibijiet se jibdew iduru miegħek, kemm mil-lat ta’ karriera anke minn sik ta’ mħabba. Dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet sejrin joħolqu ftit ta’ konfużjoni, għax int tip ta’ persuna li ma tħobbx tkun taħt pressjoni b’mod speċjali fejn tidħol l-imħabba. Ħalli taffaċja dan kollu li jista’ jiġi fil-karriera tiegħek, imma meta tersaq sitwazzjoni kkumplikata fl-imħabba, hemmhekk int titfixkel, però kun pożittiv u tgħeleb dan.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma blu, aħdar u abjad.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Aquarius.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 19, 29 u 39.
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.
Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru
Parir li għandek bżonn, trid tagħraf minn fejn l-aħjar li tirċevih. Mhux perir sempliċi għaliex jaf ikun strumentali, u jagħtik direzzjoni kompletament ġdida. Għalhekk, agħraf li ma’ min se tiftaħ qalbek dwar din is-sitwazzjoni, ikollu l-interess vera li int tiġi ggwidat, u mhux ikollu xi interess personali lejk, u wara li int tieħu l-parir, xorta waħda idħol fik innifsek u saqsi sew lilek innifsek jekk dak li se tkun qed tagħmel, hux sew.
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma aħmar, iswed u vjola.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Pisces.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 16, 22 u 35.
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.
Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru
Fil-mument, int qed tara li ħajtek qisha sabet dik ix-xi ħaġa li kienet nieqsa fiha, imma l-parir huwa sabiex ma tgħaġġilx. Ħares lejn il-passat meta kellek l-istess sitwazzjonijiet fejn kont tħossok bħal xi prinċipessa ġewwa xi palazz, u wara ftit żmien jinbidel kollox. Agħraf imxi jum b’jum għax għalkemm qiegħda f’mument tajjeb, trid tagħrad tara kif dan il-mument, int iżżommu, u mhux jiġrilek kif dejjem ġara.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma blu, roża u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Aries.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 18, 24 u 37.
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.
Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
L-imħabba bħalissa hi l-iktar sitwazzjoni li int taħseb dwarha, u dan għax il-mument qisu qiegħed jagħmlek inċert minn dak li hemm. Toqgħodx toħloq sitwazzjonijiet fittizji għax dan mhux se jservi ta’ ġid għalik. Diġà tinsab ftit taħt it-tensjoni, is-sitwazzjoni ta’ madwarek qed tikkomplika. Din il-fażi tista’ tkun waħda qasira, imma jekk int ma tgħarafx tgħelibha, sejra tkun waħda kkumplikata u taf iddum madwarek. Agħraf.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma aħmar, blu u vjola.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-istilla li l-aktar għandha kariżma lejk ġejja minn Taurus.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 12, 29 u 30.
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.