Protesta dwar nuqqas ta' riżorsi f'Mater Dei

Il-Malta Union of Midwives & Nurses (MUMN) ipprotestat dwar nuqqas ta’ rizorsi umani fl-isptar Mater Dei

Il-Malta Union of Midwives & Nurses (MUMN) ipprotestat dwar nuqqas ta’ rizorsi umani fl-isptar Mater Dei
Il-Malta Union of Midwives & Nurses (MUMN) ipprotestat dwar nuqqas ta’ rizorsi umani fl-isptar Mater Dei

Il-Malta Union of Midwives & Nurses (MUMN) waqt laqgħa li kellha mal-management tal-isptar Mater Dei, ipprotestat dwar in-nuqqas ta’ riżorsi umani sabiex jiġu allokati health carers ma’ pazjenti li jkollhom bżonn constant watch minħabba l-kundizzjoni ta’ saħħithom.

Dan it-trattament jiġi ordnat mit-tobba tal-pazjenti wara li jkunu invistaw u analizzaw il-ħtiġijiet tal-istess pazjenti. Meta l-management ma’ jipprovdix biżżejjed health carers ikun ifisser li ser ikun hemm numru sostanzjali ta’ pazjenti li mhux ser jirċievu ttrattament ordnat mit-tobba stess. Dan it-trattament ikun ordnat kemm matul il-gurnata kif ukoll matul il-lejl. Matul il-lejl is-sitwazzjoni tkun ħafna għar peress li n-numru tan-nurses u l-midwives jinżel bin-nofs, filwaqt li dawk il-persuni inkarigati mis-swali, dak il-ħin ma’ jkunux xogħol.

Minaħabba n-nuqqas ta’ dawn il-health carers, in-nurses qed jiġu mitluba mill-management sabiex inaqsu wieħed mis-supporting staff tagħhom biex jallokawh ma’ pazjenti li jkollom bżonn constant watch. Il-compliment tan-nurses kif ukoll tas-supporting staff digà jkun bin-nieqes fuq bażi regolari u għalhekk ikun prattikament impossibli sabiex jerġa' jonqos aktar.

Minħabba din is-sitwazzjoni qiegħda ta’ kuljum tiġi pperikolata l-prattika sigura tal-pazjenti. Dan ifisser li l-opportunità li pazjent iweġġa' lilu nnisfu, jaħrab mill-isptar kif ukoll li jagħmel ħsara terminali lilu nnifsu, jkunu fattwali u li jistgħu jsiru minn ħin għall-ieħor.

L-MUMN ma tistax taċċetta li l-membri tagħha jidħlu f’kazijiet mediko-legali minħabba nuqqas tal-management. Ma jagħmilx sens li nurse tigi interrogata fil-kamra mortwara, għaliex hemm qed isiru l-inkjesti mill-esperti tal-Qorti, u tigi preposta għal kawzi ċivili u kriminali minħabba n-nuqqas tal-management biex ma nsemmux l-inkwiet u t-tensjoni personali u familjari li dawn l-eventwalijiet iġibu magħhom.

Ghaldaqstant l-MUMN infurmat lill-management li sakemm jiżdiedu l-ammont ta’ health carers biex ikunu disponibli biex joqgħodu constant watch, kemm mal-gurnata kif ukoll billejl, in-nurses u l-midwives ser jobdu d-direttivi industrijali mogħtija lilhom mill-MUMN biex tissalvagwarda l-interessi tal-membri tagħha.

More in Socjali