Ministru Farrugia: 'Dixxiplina iva, vjolenza le'

Il-Ministru Michael Farrugia jisħaq li hu kontra kull forma ta' dixxiplina bi vjolenza fuq it-tfal

Illum l-Onorevoli Ministru għall-Familja u s-Solidarjeta’ Soċjali,  Michael Farrugia, flimkien mal-Kummissarju għat-Tfal,  Pauline Miceli, niedu studju ta’ riċerka msemmi Let Me Thrive - A Research Study on Foster Care in Malta. L-istudju ġie kkommissjonat mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal u tmexxa minn  Daniela Debono u Marian Muscat Azzopardi. Dan huwa studju kwalitattiv li sar fl-2014 u l-2015 u li hu mibni fuq intervisti fil-fond ma’: tfal li kellhom esperjenza ta’ foster care; ġenituri naturali, foster carers, professjonijisti li jaħdmu fil-qasam; u ma’ dawk li jfasslu l-politiki f’ dan is-settur.  

Il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali Michael Farrugia saħaq li huwa kontra kull dixxiplina fil-konfront tat-tfal li tinkludi s-swat u vjolenza fiżika. "Dixxiplina iva, imma vjolenza le" saħaq Farrugia. Meta kien mistoqsi jekk jemminx li d-dixxiplina fiżika għandhiex tkun kriminalizzata hu wieġeb fin-negattiv u qal biss li l-vjolenza m'għandha qatt tkun parti mid-dixxiplina tat-tfal, kemm jekk severa u anke jekk le." 

Waqt li kien qed jitkellem fl-inawgurazzjoni ta' rapport dwar it-tfal li qed jgħixu ma' foster parents , il-Ministru Farrugia qal ukoll li bħalissa għaddejja investigazjoni dwar imetodi ġodda ta' nvestigazzjoni metodi ġodda ta' kura. Huwa qal li l-Ministru tiegħu qed jinvestiga wkoll miżuri li jindirizzaw problemi fi żjarat b'superviżjoni. 

Huwa ħabbar ukoll illi fix-xhur li ġejjin se jsiru lipijiet li jirregolaw diversi kwostjonijiet relatati mat-tfal, fosthom il-proposta ta' limitu fuq l-eta' għal ċerti adozzjonijiet u emendi għas-sistema ta' care orders. "Sar ħafna diġa, imma għad fadal ħafna xi jsir" saħaq il-Ministru Farrugia. 

F’dan l-istudju,  Miceli tressaq ir-rakkomandazzjonijiet tagħha, li fissrithom fil-qosor waqt it-tnedija. Dawn jinkludu l-bżonn ta’: ippjanar għal permanenza, reintegrazzjoni fil-familja; kura alternattiva permanenti; allokazzjonijiet ta’ baġit adegwati; smiegħ tal-vuci tat-tfal; u li l-aħjar interessi tat-tfal jiġu l-ewwel u qabel kollox. Is-Sinjura Miċeli laqgħet b’sodisfazzjon l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Ħarsien tat-Tfal, li diġa’ beda jiġi diskuss fil-Parlament u li jissodisfa ħafna mir-rakkomandazzjonijiet mressqa f’ dan l-istudju. 

 

 

 

More in Socjali