Titnieda l-kampanja għal European Youth Card

Kull min għandu bejn it-13 u t-30 sena huwa eliġibli għal din il-karta diġitali b’xejn

Il-Ġimgħa filgħodu ġiet imnedija kampanja li toffri iżjed opportunitajiet liż-żgħażagħ, mhux biss f’Malta imma mal-Ewropa kollha.

Il-karta diġitali tal-European Youth Card ġiet imnieda f'konferenza stampa, mis-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ u l-Assoċazzjoni Ewropea tal-European Youth Card. 

Kull min għandu bejn it-13 u t-30 sena huwa eliġibli għal din il-karta diġitali b’xejn. Minn ikollu din il-karta jkollu madwar 22,000 skont disponibli għalih f’30 pajjiż, inkluż Malta. Barra minn hekk, l-Assoċazżjoni Ewropea tal-European Youth Card toffri lil kull min għandu l-karta opportunitajiet li jgħinu lill-individwi jilħqu l-potenzjal tagħhom.

 “Din hija għodda għalikom biex tesploraw, tikbru, u tirnexxu. L-enerġija u l-kreattività tagħkom huma essenzjali biex nibnu Ewropa aħjar u futur iktar b'saħħtu,", qal is-Segretarju Parlamentari.

Il-fornatur ta’ din il-karta f’Malta, l-Aġenzija Żgħażagħ premezz tal--Kap Eżekuttiv tiegħu, Miriam Teuma, qed tenkoraġixxi liż-żgħażagħ jieħdu sehem f’din l-inizjattiva.

Kull min hu eliġibli għal-European Youth Card jista jakkwista tiegħu minn fuq is-sit eletroniku t’Aġenzija Żgħażagħ.

More in Socjali