Għawdxi ta' 44 sena gravi wara waqa' minn sular

Ħaddiem jaqa' f'sit ta' kostruzzjoni fis-Swieqi u jinsab f'kundizzjoni gravi

Ħaddiem ta' 44 sena jittieħed Mater Dei wara waqa' f'sit ta' kostruzzjoni
Ħaddiem ta' 44 sena jittieħed Mater Dei wara waqa' f'sit ta' kostruzzjoni

Raġel ta’ 44 sena residenti n-Nadur waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien f’sit ta’ kostruzzjoni f’residenza fi Triq Uqija, fis-Swieqi

Għall-ħabta tal-10:30 ta' filgħodu, il-Pulizija mid-Distrett ta’ San Ġiljan ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident  u kien hemm persuna feruta.

Il-vittma ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Socjali