Matul dawn l-aħħar ġranet il-kwistjoni ta' Kemmuna: il-kaos, il-prezzijiet u l-ġenn li jkun hemm fil-Blue Lagoon kienet qed tingħata ħafna importanza fuq diversi siti tal-aħbarijiet. Fosthom is-sit illum.com.mt irrapporta li saħansitra nbeda negozju tal-'lockers' fejn tista' tħallas biex tħalli ħwejġek ġo 'locker' qabel tinżel tikri deckchair (ta' bilfors għax m'hemmx fejn tixxemmex).
V Squared Media ħadu angolu pjuttost differenti għal dak li qed jiġri f'Kemmuna u tkellmu mal-iktar persuna li għalih Kemmuna tfisser ħafna, Salvu, li flimkien ma' familtu ilu jgħix hemmhekk snin twal. F'filmat mill-aktar professjonali u mill-isbaħ li qed nirriproduċu hawnhekk, Salvu jitkellem dwar il-futur tal-gżira b'ċerta biża'. Hu jgħid illi jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin hekk, "Kemmuna diżastru se tiġi."
Segwu l-filmat ta' Salvu u l-kummenti tiegħu li ttella' minn V Squared Media.