L-Oroskopju
Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa
minn Paul Jon
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Għalkemm inqbadt f’sitwazzjoni daqsxejn skomda, u li għaliha tħoss li m’hemmx soluzzjoni għajr li ċċedi, aħseb ftit dwarek innifsek u agħraf x’verament trid. Anke jekk tħoss li waqgħet dalma kbira fuqek jekk inti kapaċi tikkumbatti, ser tegħlibha. Emmen fik innifsek u żomm f’moħħok li xejn ma huwa impossibbli.
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma abjad, blu u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Libra.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 12, 24 u 35.
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Agħraf it-tajjeb tiegħek innifsek u tħallix dak li jgħid ħaddieħor jikkonvinċik mod ieħor. Il-pożittività tiegħek tista’ tkun l-għira ta’ dawk ta’ madwarek u għalhekk tibdilx dak li int, anzi saħħaħ lilek innifsek fuq dak li tħoss li huwa tajjeb għalik. Fil-ġimgħat li ġejjin se tgħaddi minn prova sabiex turi lil dawk ta’ madwarek l-abbiltajiet tiegħek.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma blu, aħdar u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Scorpio.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 15, 26 u 34.
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.
Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
Xi sitwazzjonijiet fil-ħajja jistgħu jġegħluk tħoss li tlift kull kontroll u tibda taqta’ qalbek mill-futur. Għalkemm dan il-mument ser tgħaddi minnu, ser ikun ukoll mument ta’ prova sabiex tagħraf kemm inti b’saħħtek quddiem xi maltempata fil-bnazzi. Tħallix min ikaxkrek, kun b’saħħtek biżżejjed biex tkun ta’ qlugħ tajba u tegħleb dak li ġej.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma aħmar, kannella u abjad.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Sagittarius.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 11, 23 u 32.
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.
Taurus mill-21 ta’ April dal-20 ta’ Mejju
Tradiment li ġarrabt fil-passat kellu jservi ta’ tagħlima għalik imma mid-dehra taf li għadek ma tgħallimtx biżżejjed għax ħa tgħaddi mill-istess sitwazzjoni u żgur mhix ser tkun ta’ ġid għalik f’mument meta suppost int qbadt rankatura li timxi ’l quddiem. Mela f’dawn il-ġranet li ġejjin agħraf sew dak li jkun qed jiġri madwarek, osserva tajjeb dak li jkun għaddej ħalli dak li seħħ fil-passat ma jirrepetix ruħu
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Capricorn.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 18, 24 u 35.
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Fil-ħajja l-affarijiet mhux dejjem ward u żahar għax mal-ward hemm ix-xewk, u dan ix-xewk trid tagħraf tegħlbu. Bħalissa qed issib ħafna tfixkil, ostakli li int biss taf kif għandek tikkumbatti. Għalkemm bħalissa qed tara kollox ġej kontrik, dan għandu jimlik bil-kuraġġ li l-Gemini magħrufin għalih. Kompli miexi u agħraf kun int.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma blu, isfar u oranġjo.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Aquarius.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 13, 29 u 38.
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Wasal iż-żmien li inti tagħraf tuża moħħok fil-ħajja. Mhux sew li madwarek hemm min hu lest bħal seqer biex jaħtaf il-priża. Ma tistax tkun priġunier ta’ ħajtek stess. Għalkemm mhux mument faċli imma int kapaċi ma tħalli lil ħadd jagħmlek ilsir tiegħu. Issa trid tieħu l-opportunità biex min qiegħed jipprova jsib tarf ta’ ħajtek jieħu tagħlima. Agħraf ħaddem il-ħlewwa u kariżma tiegħek.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma abjad, blu u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Pisces.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 14, 27 u 33.
Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu
Il-proposta li ser tiġi ppreżentata lilek ser tħawdek xi ftit minħabba li ser tiġi f’mument delikat imma t-tweġiba tiegħek għandha tkun infurmata u tieħu ż-żmien biex tieħu din id-deċiżjoni. Irrifletti tajjeb u ħu d-deċiżjoni t-tajba favur l-interess tiegħek. Ħares ’il quddiem b’iktar pożittività u kun għaqli.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Aries.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 15, 28 u 37.
Leo huma magħrufin kemm huma umli.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Sħaba ta’ instabbilità bħalissa qiegħda ddur madwarek u din qiegħda tikkawża inċertezza kbira. Għalkemm din il-fażi taf iddum ftit madwarek, sakemm toħroġ minnha, trid tagħmel l-almu tiegħek kemm tista’ sabiex tnaqqas il-qawwa ta’ din il-fażi. Jekk jirnexxilek dan tista’ tkun fit-tmun sabiex tidderiġi fejn l-aħjar tmur u x’tagħmel.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma oranġjo, isfar u kannella.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Taurus.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 15, 26 u 32.
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru
Pjan ta’ vaganza mal-familja jista’ jkun iċ-ċavetta sabiex dak in-nuqqas li hemm jonqos u mhux tmur vaganza biss għall-iskopijiet tiegħek. Agħraf ir-responsabbilità li ġġorr miegħek. La inti għandek familja trid tagħraf terfa’ responsabbilità ta’ dak li hemm madwarek. Tagħlaqx l-aħħar kwart tas-sena fuq in-negattiv; aħdem favur l-għaqda fil-familja.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma blu, aħdar u abjad.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Gemini.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 14, 25 u 37.
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.
Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru
Għalkemm taf li trid tkompli miexja ’l quddiem, il-ħakma tal-passat għadha mdawra miegħek u qisha kalamita, dan tista’ tibda tikkontrollah. Ma tagħmel xejn ħażin jekk tieħu parir mingħand persuna li tista’ tiggwidak kontra dan in-negattiv tal-passat. Barra dan trid tagħraf tkun b’saħħtek biżżejjed sabiex temmen u tagħraf aktar lilek innifsek u hekk tegħleb dan kollu.
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma aħmar, iswed u vjola.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Cancer.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 12, 28 u 30.
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.
Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru
L-imħabba bħalissa qed tiddominalek ħajtek. Din l-imħabba hi maqsuma bejn dik tal-passat u dik tal-preżent. Min-naħa tiegħek dan mhux qiegħed ibbilanċjat tajjeb. Il-kejl li qed tagħmel mhux bilfors huwa tajjeb għaliex kull persuna għandha l-karattru tagħha u jkun ħażin li tipprova tqabbel. Ħares ’il quddiem u l-passat ħallih warajk.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma blu, roża u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Leo.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 18, 24 u 37.
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.
Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Ħsieb ta’ tibdil ta’ dar mhux il-mument li jittieħed, għalkemm dan ilu jbegħren ġo fik u tħoss li din hija deċiżjoni tajba, ikun aħjar li tbiddel id-dar f’mument ieħor. Agħraf sew fejn tixtieq tmur. Bħala Capricorn il-kosta hi ideali u pożittiva għalik imma trid tara sew inti xi trid u għala trid tagħmel dan il-pass. Kompli aħseb dwar dan u meta jkun vera l-waqt ħu d-deċiżjoni.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma aħmar, blu u vjola.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li se toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Virgo.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 14, 22 u 38.
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.