Skont stqarrija maħruġa mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta, din is-sena Lulju kien l-aktar xahar li kellhu siegħat ta’ xemx, li għamlu aktar imdawwal minn norma tas-soltu.
It-temperatura medja tal-baħar kienet ogħla b’0.2°C min-norma u bħala ‘rekord’ ieħor li kiser Lulju tal-2016, tkejjel ukoll ammont ta’ 0.4mm ta’ xita ,id-doppju tal-ammont normalment mistenni f’Lulju.
F’Lulju, aktar sigħat imdawlin bix-xemx u temperaturi tal-baħar ogħla minn tas-soltu taw ċans biex jitgawdew il-bajjiet u l-baħar. B’kopertura tas-sħab kemxejn aktar baxxa mis-soltu ta’ 0.8 oktas u 370.8 siegħa ta’ xemx, ix-xahar li għadda kien aktar imdawwal min-norma.
Lulju beda b’taħlita ta’ 0.4mm ta’ xita u aktar minn 11- siegħa xemx osservati fl-ewwel jum.
Wieħed u għoxrin jum f’Lulju rreġistraw temperaturi tal-arja li kienu ogħla min-norma klimatika ta’ 31.6°C; bl-ogħla temperatura titla’ sa 34.6°C fl-ewwel weekend tax-xahar. Din it-temperatura kienet ferm aktar baxxa mill-ogħla temperatura li qatt ġiet irrekordjata f’Lulju, meta fl-1988 il-merkurju spara biex laħaq it- 42.7°C.
Min soltu jdum biex jiftaħ l-istaġun tal-għawm, f’Lulju seta’ jgawdi minn temperatura medja tal-baħar li kienet 0.2°C ogħla milli mistenni għal dan iż-żmien tas-sena. Il-baħar kien partikolarment sħun is- Sibt 15 ta’ Lulju meta t-temperatura laħqet is-27.2°C.
Sfortunatament, il-baħar ma tantx seta’ jitgawda billi matul dak il-weekend kollu r-riħ nefaħ b’Forza 8 (34 knot) jew aktar u f’punt minnhom laħaq veloċità massima ta’ 39 knot. B’mod ġenerali, f’Lulju kien aktar riħ mis-soltu, bil-veloċità medja tar-riħ tkun 0.4 knots aktar min-norma klimatika ta’ 6.8 knots.