Talba lill-Parlament biex tiġi legalizzata l-mewt assistita

Marlene Magro, mart raġel li jbati mill-ALS tibda petizzjoni biex tgħina fit-talba tagħha għall-legalizzazjoni tal-mewt assistita

Marlene Magro, tikteb f'isem żewġha li jbati mill-ALS sabiex tiġi legalizzata l-mewt assistita
Marlene Magro, tikteb f'isem żewġha li jbati mill-ALS sabiex tiġi legalizzata l-mewt assistita

Marlene Magro, mart Joe Magro, raġel li jbati mill-ALS, li fix-xhur li għaddew diġà għamel talba biex tiġi legalizzata l-mewt assistita, illum nediet petizzjoni online sabiex, bil-ħniena titlob lill-parlamentari Maltin sabiex jilqgħu t-talba li qed jagħmlu sabiex f’Malta tkun legalizzata il-mewt assistita.

https://www.change.org/p/maltese-mps-introduce-assisted-death-in-malta

 

 

Fuq is-sit tal-petizzjoni, Marlene tikteb li “qed nikteb f'ismu għaliex minħabba l-kundizzjoni tiegħu Joe diġà ma jistax jikteb bħalma ma jistax jagħmel diversi affarijiet oħra li kien jagħmel ta’ kuljum. Joe filfatt isofri mill-ALS li hija marda deġenerattiva u minħabba fiha wieħed jispiċċa pparalizzat, xi ħaga li Joe jibża’ ħafna minnha.”

Marlene tiftaħ qalbha mal-qarrejja li jidħlu fuq is-sit u tfiehem li kemm hi, kif ukoll it-tfal u l-familjari l-oħra ta’ żewġha,  jifhmu s-sitwazzjoni ta’ Joe, għax ħadd minnhom ma jixtieq jispiċċa fl-istess-sitwazzjoni.

Dwar Joe, Marlene tgħid li “hu dejjem jinsisti magħna li qabel ma jasal f'dik l-estremità, jekk ma tkunx introdotta liġi dwar il-mewt assistita, ma tibqalux għażla oħra ħlief li jara kif se jagħmel suwiċidju,”  Din hija ħaġa li lil Joe tbeżżgħu ħafna għax bħall kulħadd Joe jixtieq jgħix aktar fit-tul b’kulħadd madwaru, u fejn il-mewta tiegħu tkun waħda dinjituża fis-sliem u l-ġabra tal-familja.

Marlene tistqarr li “permezz tal-introduzzjoni tal-mewt assistita Joe ikun jista’ jgħix trankwillament għal aktar żmien.”

Permess tal-petizzjoniI, Marlene u Joe qegħdin itennu t-talba tagħhom sabiex il-parlamentari Maltin jintroduċu u jaddottaw liġi dwar il-mewt assistita sabiex Joe ikollu moħħu mistrieħ li jekk jiġi bżonn din l-assistenza, ikollu lil min jgħinu.

 

More in Socjali