Rapport maħruġ mill-UNHCR wera li 12-il pajjiż, fosthom Malta, li qed jieħdu sehem fi strateġija biex titnaqqas id-detenzjoni tar-refuġjati, qegħdin jagħmlu progress, speċjalment fejn jidħlu tfal refuġjati.
Din l-istrateġija ġiet imnieda sentejn ilhu sabiex tingħata għajnuna lill-gvernijiet jindirizzaw din il-kwestjoni. Dan sar bi sħab ma’ soċjetajiet ċivili f’Malta, kif ukoll fil-Kanada, l-Ungerija, l-Indonesja, l-Iżrael, il-Litwanja, il-Malasja, il-Messiku, t-Tajlandja, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti u z-Zambija.
It-tnax ilp-pajjiż ġew magħzulin fuq kriterji li jikludu id-diversità reġjonali u klimatika, id-daqs ġeografiku u d-daqs tal-problema fil-pajjiż. Pjan ta’ azzjoni nazzjonlai ġie stabbilit f’kull wieħed mill-pajjiżi separatament, sabiex tiġi ndirizzata l-kwestjoni tad-detenzjoni.
Ir-rapport tal-UNHCR juri kif matul l-2015, fit-tnax il-pajjiż magħżul, ir-refugjati jammontaw għal 17 fil-mija ta’ dawk kollha miżmumin taħt detenzjoni minħabba kwestjonijiet ta’ immigrazzjoni. Dan kien żieda, meta kkumparat mat-12 fil-mija li kien hemm fl-2013.
“Din l-istrateġija se tkun pass importanti sabiex jispiċċaw miżuri ta’ detenzjoni mhux produttivi, filwaqt li jiġi nkuraġġat il-proġress li sar f’dawn l-aħħar sentejn, filwaqt li xorta hemm bżonn li jsir aktar mill-gvernijiet involuti fis-snin li ġejjin.”