Għall-ħabta tal-11:15 ta’ dalgħodu, raġel ta’ 35 sena mill-Birgu, weġġa gravi f’inċident tat-traffiku fi Triq Telgħet Selmun, il-Mellieħa, hekk kif għal xi raġuni, huwa skiddja bil-mutur tat-tip Ducati li kien qiegħed isuq.
Fuq il-post ġew imsejħa l-Pulizija, flimkien ma ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Iktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.