Għaddasa Pollakka fil-periklu tal-mewt

Mara Pollakka fil-periklu tal-mewt wara li ntilfet minn sensiha wara li kienet qegħda tgħodos f'Għawdex

Mara Pollakka tittieħed l-isptar wara inċident fil-baħar
Mara Pollakka tittieħed l-isptar wara inċident fil-baħar

Għaddasa Pollakka ta’ 41 sena, ittieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u tinstab fil-periklu tal-mewt, wara li l-bieraħ wara nofsinhar, din intilfet minn sensiha waqt li kienet qegħda tgħodos ix-Xatt l-Aħmar, limiti ta’ Għajnsielem, f’Għawdex

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-13:30 ta’ wara nofsinhar tal-bieraħ, meta il-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident fejn il-mara intilfet minn sensiha wara li telgħet mill-baħar.

Il-mara Pollakka ta’ 41 sena ttieħdet minnufiħ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz t’Ambulanza, fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li qiegħda f’kundizzjoni kritika.

Il-Pulizija mill-Għassa r-Rabat (Għawdex) għaddejjin bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

More in Socjali