Grupp ta' abbatini Maltin u Għawdxin qattgħu xi ġimgħat fill-Vatikan, hekk kif bejn il-5 u t-23 t’Awwissu huma telgħu joffru s-servizz liturġiku fil-Bażilika ta’ San Pietru.
Il-bieraħ, Il-Ħadd, 21 t’Awwissu, huma ltaqgħu mal-Papa Franġisku quddiem Santa Marta. Il-Papa talab li l-ewwel jittieħed ritratt tal-grupp u mbagħad huwa sellem lill-abbatini wieħed wieħed.
Wara li ttieħed r-ritratt, il-Papa dar u ħa b’idejn kull abbati. Matul il-laqgħa l-Papa rringrazzja lill-abbatini tal-għajnuna u l-impenn tagħhom filwaqt li talabhom biex jitlobu għalih. Fl-aħħar tal-laqgħa l-Papa qal li jrid iberikom, għalhekk għamel waqfa ta’ silenzju, u wara berikhom u tahom kuruna tar-ruzarju filwaqt li rega’ qalilhom biex jitolbu għalih.