Il-Qtil tal-mara transgender fit-Turkija jqajjem protesta f’Istanbul

L-aħbar tal-qtil ta’ Hande Kader, l-attivista favur id-drittijiet LGBT fit-Turkija, qajjem protesta paċifika f-Istanbul

Protesta paċifika f'Istanbul favur id-drittijiet LGBT fit-Turkija
Protesta paċifika f'Istanbul favur id-drittijiet LGBT fit-Turkija

Wara li l-ġimgħa l-oħra ħarġet l-aħbar tal-qtil ta’ Hande Kader, l-attivista favur id-drittijiet LGBT fit-Turkija, numru ta’ Torok inġabru fil-kapitali Istanbul biex jieħdu sehem fi protesta paċifika b’talba għal ġustizzja għall-qtil ta’ Kader.

Fil-protesta, l-attivisti favur id-drittijiet LGBT, ġarru kartelluni bi slogans favur id-drittijiet tagħhom, filwaqt li fakkru lil Kader, il-mara transgender ta’ 23 sena li ġisimha nstab mqatta’ w maħruq f’foresta, ġranet wara li din kienet irrappurtata nieqsa.

Hande Kader
Hande Kader

Din il-protesta paċifika kienet waħda rari fit-Turkija, peress li bħala pajjiż, it-Turkija għadu konservattiv ħafna dwar id-drittijiet LBGT. Ħaġa aktar rari f’din il-protesta kienet li mid-dehra, attendew ukoll xi membri parlamentari tal-oppożizzjoni.

“Mhux se nieqfu qabel insibu l-dawk responsabbli mill-qtil ta’ Hande Kader,” qalet kelliema tal-assoċjazzjoni tas-solidarjetà LGBT ta’ Istanbul.

Il-mewt ta’ Kader kienet it-tieni każ ta’ qtil fil-komunità LGBT ta’ Istanbul, hekk kif qabel Kader, f’Lulju li għadda kien instab il-ġisem mutilat u bla ras ta’ raġel gay Sirjan.

Il-komunità LGBT Torka qegħda tispera li l-qtil ta’ Kader iservi biex ikun hemm aktar rispons dwar il-moħqrija u l-qtil ta’ persuni transgender fit-Turkija.

More in Socjali