Periklu...qed jaqa' l-bini fejn jinsab il-KNPD

Jaqa' xi ġebel minn bini tal-KNPD

Periklu fil-bini tal-KNPD
Periklu fil-bini tal-KNPD

Persuna b'diżabbiltà ħadet ritratti ta' ġebel li qed jaqa' mill-bini li minnu topera l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbiltà, f'Buġeja Institute, f' Santa Venera. L-istess bini jinkludi fih għadd ta' entitajiet oħra tal-Gvern.

Persuna b'diżabbiltà esprimiet it-tħassib tagħha meta iktar kmieni dalgħodu marret fil-bini u hekk kif kienet se tipparkja l-karozza f'parkeġġ quddiem il-bini, xi ħadd ġibdilha l-attenzjoni sabiex ma tħallix il-karozza hemmhekk għaliex kienet għadha kif waqgħet ġebla kbira mill-faċċata tal-istess bini.

Il-persuna ssostni li din mhix l-ewwel darba li waqgħu xi ġebel mill-faċċata, għaliex ftit passi bogħod, hemm sinjali u biċċiet tal-injam sabiex jindikaw lill-persuni sabiex jevitaw li jgħaddu minn hemmhekk.

Il-persuna temmet tgħid li tittama li tittieħed azzjoni malajr kemm jista' jkun sabiex, "il-ħaddiema u aħna l-viżitaturi li ninqdew minn dan il-bini b'mod regolari, nkunu siguri."

Parti mill-bini li minnu waqgħu xi ġebel
Parti mill-bini li minnu waqgħu xi ġebel
'Jidher li din mhix l-ewwel ġebla li waqgħet mill-faċċata
'Jidher li din mhix l-ewwel ġebla li waqgħet mill-faċċata

More in Socjali