Filmat | WhatsApp se jaqsam l-informazzjoni personali tiegħek ma' Facebook

WhatsApp se jgħidlek li trid taċċetta kundizzjoni li taqsam l-informazzjoni ma' facebook... iżda tista' tirrifjuta

WhatsApp se jibda jaqsam l-informazzjoni personali tan-nies ma' Facebook...jekk tħallih int
WhatsApp se jibda jaqsam l-informazzjoni personali tan-nies ma' Facebook...jekk tħallih int

Sakemm mhux diġà tela', WhatsApp se jibgħat 'pop up' bit-termini l-ġodda tal-applikazzjoni, li bihom l-informazzjoni personali ta' min juża l-applikazzjoni, se tinqasam ma' Facebook bl-iskop li din tintuża għall-reklami mmirati. WhatsApp se jagħti x'tifhem li mhemmx għażla ħlief li taċċetta jekk trid tibqa' tuża l-applikazzjoni... iżda hemm mod kif taħrab minn dan, hemm kif juri dan il-filmat.

 

 

 

Din id-deċiżżjoni ta' WhatsApp, irrabjat ħafna nies, għax minkejja li WhatsApp sostnew li l-informazzjoni personali, se tibqa' privata, dettalji dwar l-account tal-persuna, jistgħu jibdew jintużaw minn Facebook għal skema ta' reklami mmirati li wieħed issa jibda jirċievi wkoll fuq il-mobile.

Minkejja dan, il-biża' ta' ħafna tibqa dejjem li informazzjoni personali, inkluż xi konverżazzjoni privata tista' b'xi mod tiġi f'idejn ħżiena.

Gazzetta Ingliża żvelat li hemm modi kif tista' tevita li tagħmel parti minn dan l-arranġament bejn WhatsApp u Facebook. L-ewwel mod huwa possibli jekk s'issa għadek ma rċevejtx il-'pop up' li tirċievi kif tiftaħ WhatsApp. Meta tirċievi l-'pop up', minflok tagħfas fuq "agree", għazel l-għażla "read more" li tinsab aktar l-isfel u neħħi l-għażla (untick) “Share my WhatsApp account information with Facebook”.

Jekk bħal ma għamlu ħafna li digà rċevew il-'pop up', diġa qbadt u aċċettajt... xorta għad hemm ċans ta' 30 ġurnata biex twaqqaf lil l-informazzjoni personali tiegħek tinqasam ma' Facebook.

Mill-applikazzjoni tal-mobile tiegħek, mur fuq is "settings" u wara għażel "account". Mill-għażliet li jidhru, itfi l-għażla “share my account info” u tkun solvejt kollox.

WhatsApp se jgħidlek li jekk tagħmel dan se tkun qed tbiddel l-esperjenza tal-użu tiegħek. Issa jekk b'esperjanza huma jifhmu nuqqas ta' privatezza u reklami telgħin fuq l-iscreen... mela iva, l-esperjenza se tkun 'inqas', daqs kemm se tkun inqas għal Facebook li se jkollhom inqas informazzjoni personali tan-nies għall-użu tagħhom.

More in Socjali