Cacopardo jiftaħ il-kanuni fuq Deborah: 'Tfajtna 30 sena lura'

jallega li l-iskema ta' amnsetija għal illegalitajiet li saru fil-passat mhix trasparenti u hija 'insult goff'

Cacopardo jgħid li Deborah ħaditna 30 sena lura
Cacopardo jgħid li Deborah ħaditna 30 sena lura

L-iskema li ħabbar aktar kmieni l-Gvern permezz tas-Segretarju Parlamantari Deborah Schembri ġiet fil-mira ta' kritika qawwija mill-Viċi Chairman tal-Alternattiva Demokratika li akkuża lil Schembri illi 'b'daqqa ta' pinna tefgħet lil Malta 30 sena lura.' 

Cacopardo, fil-blogg tiegħu, spjega kif sal-lum 'dettalji dwar l-applikazzjonijiet (tip, użu, lokalità u identità ta’ żviluppatur) ikunu ppubblikati u hemm żmien stabilit sa meta kull persuna li għandha interess tkun tista’ toġġezzjona għall-iżvilupp propost. Wara, sal-lum, hemm ukoll il-possibilità ta’ appell.'

Cacopardo spjega kif bil-bidliet proposti minn Schembri se jingħata ċans biss lil 'min żmien ilu jkun għamel rapport u li a bażi tiegħu tkun ħarġet ordni ta’ infurzar.  Dan imur kontra il-prinċipju bażiku stabilit fil-liġi tal-ippjanar: l-informazzjoni għandha tkun pubblika kollha. Għax jekk l-informazzjoni ma tkunx pubblika l-iskrutinju pubbliku ma jistax isir.'

Cacopardo qal illi l-amnestija hija 'insult goff'. 'Din l-amnestija mhiex limitata għal irregolaritajiet żgħar fil-bini. Li kienet hekk wieħed kien jifhem. Hi amnestija miftuħa għal kull irregolarità sakemm din l-irregolarità tkun fiż-żona tal-iżvilupp kif ukoll sakemm din ma tkunx ta’ ħsara lil terzi jew lil ta madwar' sostna cacopardo 

 

More in Socjali