'Iktar jirrapreżentana s-sider mikxuf milli velu' - il-PM Franċiż

Il-Prim Ministru manuel Valls qajjem kontroversja għaliex sostna li sider mikxuf jirrapreżenta lill-poplu Franċiż

Il-Prim Ministru ta' Franza, Manuel Valls
Il-Prim Ministru ta' Franza, Manuel Valls

Il-Prim Ministru Franċiż Manuel Valls qala' kritika f'pajjiżu wara li ssuġġerixxa li s-sider mikxuf huwa iktar rappreżentattiv ta' Franza milli velu.

Waqt diskors li kien qed jagħmel nhar it-Tnejn li għadda, Valls semma u faħħar is-sider mikxuf ta' Marianne, li hija s-simbolu tar-Repubblika Franċiża. "Marianne għandha sidirha mikxuf għaliex qed titma' lill-poplu. Mhix mgħottija għaliex hi ħielsa. Dik hi r-repubblikta,' saħaq Valls waqt dimostrazzjoni tal-Gvern.

Dawn il-kummenti tiegħu ġew wara l-kwistjoni u l-kritika li kien hemm meta nisa fi Franza ma tħallewx jilbsu l-burkini meta jmorru ħdejn il-baħar.

Dawn il-kummenti tal-Prim Ministru wasslu għal kritika qawwija fil-konfront tiegħu partikolarment minn storiċi u femministi għaliex saħqu li d-diskors tiegħu kien mimli ineżattezzi waqt li oħrajn qalu li l-figura tal-Marianne, u l-fatt li għandha sidirha mikxuf hija allegorija.

More in Socjali