Malta tibqa' bl-inqas rata ta' qgħad fl-Ewropa

Fil-qgħad fost iż-żgħażagħ, Malta wkoll tinsab bl-inqas rata

L-inqas rata ta' qgħad fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ġiet reġistrata f'Malta b'3.9% tal-popolazzjoni tkun bla xogħol. Wara Malta kien hemm ir-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja b'4.2%. Dan meta mqabbel mar-rati fil-Greċja bi 23.5% u fi Spanja b'19.6%.

Meta mqabbel mas-sena li għaddiet, ir-rata ta' qgħad f'Lulju tal-2016 naqset f'24 mill-pajjiżi tal-UE. Ir-rata baqgħet stabbli fid-Danimarka, waqt li telgħet fl-Estonja, fl-Awstrija u fil-Belġju. L-akbar tnaqqis fir-rata tal-qgħad ġiet reġistrata f'Ċipru, fil-Kroazja u Spanja.

Fejn għandu x'jaqsam il-qgħad fost iż-żgħażagħ, Malta tgawdi mill-inqas rata b'7.1%, segwita mill-qrib mill-Ġermanja b'7.2%. 

More in Socjali