L-aktar films popolari s-sena l-oħra fost dawk kollha li marru ċ-ċinema f'pajjiżna kienu Spectre, ta' James Bond, Minions u 'Fast and Furious 7'. Fil-fatt kienu b'kollox 41,369-il biljett li nbiegħu għal film Spectre, produzzjoni mimlija azzjoni bl-attuIr Daniel Craig fil-parti ta' Bond. Dan il-film taħt id-direzzjoni ta' Sam Mendes jitratta messaġġ kriptiku mill-passat ta' Bond, li jwasslu buex jikxef il-verità wara SPECTRE.
It-tieni film l-aktar popolari f'pajjiżna kien dak li jitratta il-karattri ferm maħbubin mhux biss miż-żgħar, imma wkoll mill-adulti, 'Minions'. Huma jikxfu l-pjan ta' Scarlet Overkill, li tiddomina d-dinja. Fost il-persuni li taw il-vuċi tagħhom għal dan il-film animat kien hemm Sandra Bullock, Michael Keaton u Jon Hamm. B'kollox inbiegħu 37,139-il biljett għal dawk li xtaqu jaraw dan il-film.
Il-karrozzi jibqgħu popolari fost il-Maltin b'37,000 biljett mibjugħin għall-film 'Fast and the Furious 7'. F'dan il-film Deckard Shaw, ifittex tpattija kontra Dominic Torretta u l-familja tiegħu bħala tpattija għall-attakk fuq ħuħ li ħalliħ f'koma.