L-eks-Segretarju Ġenerali, kandidat u chairman ta' One Productions, Jason Micallef, bħalma sar jagħmel b'mod regolari, qed isemma' leħnu u jperreċ il-kitba tiegħu kontra kull ħaġa li tħammeġ l-ambjent, inkella teqred mill-ispazji pubbliċi fir-raħal tiegħu tal-Mosta. Din id-darba ħareġ jappella bil-qawwa applikazzjoni biex jingħata permess għal gabbana biswit ir-Rotunda, fil-pjazza tal-Mosta. Jason Micallef kiteb hekk fuq il-facebook post tiegħu:
'Meta taħseb li t-tustaġni u żżejjed ikunu nqabżu, titfaċċa applikazzjoni għal gabbana biswit ir-Rotunda fuq spazju pubbliku fejn kuljum jiltaqgħu n-nies u jgawdu l-atmosfera fil-pjazza tal-Mosta. Li tapplika għal gabbana fil-post immarkat bl-isfar hija ġennata mill-kbar. Li l-awtoritajiet jikkunsidraw din l-applikazzjoni oxxena, hija kriminali. LE kbira ċar u tond. Nippretendi li l-MPs PL u PN li jirrappreżentaw lill-Mosta, u l-Mostin fil-Parlament, joħorġu minn issa fil-beraħ u jiddikjaraw il-LE tagħhom. Sinjuri MPs mhemmx tidwir mal-lewża.