Il-magazin satiriku Charlie Hebdo ħoloq kontroversja oħra, din id-darba fl-Italja fejn qajjem rabja kbira fil-pajjiż speċjalment mal-komunità milquta mit-terremot fejn ħallew ħajjithom mijiet u bil-popolazzjoni kollha kważi titlef darha.
Huma semmew din il-karikatura bħala 'Terremot, stil Taljan' "Earthquake, Italian-style," fejn ipinġi lil vittmi tat-terremot b'diversi zlazi u għaġejjen Taljani. Raġel mimli dmija sejħulu bħala 'Penne biz-zalza tad-tadam', mara feruta gravi u b'wiċċha maħruq bħala 'penne gratinat 'au gratin'' u munzell ta' nies midfuna taħt id-djar tagħhom imwaqqa' sejħulhom Lasagne. Din donnha kienet ir-risposta tagħhom meta d-dinja kollha ħarġet bl-għajta 'Je Suis Charlie' wara l-attakk terroristiku li kien hemm fuqhom u issa huma qed jiddieħku bid-diżastru ta' ħaddieħor.