Eluf ta’ persuni llum mistennija joħonqu l-Pjazza San Pietru fil-Vatikan sabiex jassistu għaċ-ċerimonja mmexxija minn Papa Franġisku, fejn fiha, Madre Tereża, is-soru li ħadmet ħafna qalb il-foqra fl-Indja, se tiġi ddikkjarata qaddisa.
Madre Tereza, li mietet fl’età ta’ 87 sena fl-1997, ġiet ibbeatifikata fl-2002, wara li sena qabel, il-Vatikan kien iddikjara li wara talb lejha, mara li kellha tumur fl-istonku, fieqet mirakolużamnet. Kien aktar tard wara li laħaq Papa Franġisku, li Madre Tereża ġiet rikonixxuta biex issir qaddisa, wara provi ta’ miraklu ieħor.
Iċ-ċerimonja se sseħħ dalgħodu fil-Vatikan, filwaqt li fl-India, fil-missjonijiet li waqqfet Madre Tereża, se jkun hemm ċerimonji biex ifakkru l-ħajja tas-soru li tant għamlet ġid f’Kalkutta… Santa Madre Tereża