L-Oroskopju
Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa
minn Paul Jon
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Ix-xahar ta’ Settembru se jkun dak ix-xahar fejn int trid tagħraf tieħu direzzjoni fuq dak li int għadek bejn ħalltejn fuqu. Int ma tistax tibqa’ tilgħab għax jekk ħa tibqa’ tagħmel hekk, se tikkawża ċertu problemi għaż-żmien li ġej. Għalhekk, dan ix-xahar trid tiddeċiedi u dan trid tagħmlu fuq mertu tiegħek biss. Ma tistax fuq ta’ parir ta’ xi ħadd, tieħu direzzjoni. Ħadd ma jaf il-pożizzjoni tiegħek eżatt. Ieqaf irrifletti u ħu deċiżjoni.
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma abjad, blu u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li dan ix-xahar tagħraf tkun ta’ direzzjoni pożittiva għalik ġejja minn Gemini.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 14, 26 u 34.
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Ix-xahar ta’ Settembru se jkun dak ix-xahar fejn se joffrilek sfidi ġodda fil-karriera tiegħek. Huwa xahar fejn jaf jagħtik opportunitajiet li int ma kontx lest għalihom. Ovvjament, dawn se jġibu responsabbiltajiet aktar. Għalhekk, tajjeb li minn issa, int tkun iffukat aktar fuq il-karriera tiegħek, sabiex meta dawn l-isfidi ġodda li huma resqin lejk jaslu, ma jaqbdux fuq sieq waħda, anzi tant tkun preparat li taf tissorprendi.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma blu, aħdar u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-istilla li dan ix-xahar tagħraf tkun ta’ direzzjoni pożittiva għalik ġejja minn Cancer.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 15, 23 u 37.
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.
Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
Ix-xahar ta’ Settembru se jkun għalik dak ix-xahar fejn int trid tagħraf trattab ftit dik ir-ras iebsa tiegħek sabiex b’hekk, int tkun iktar tista’ timxi ma’ dak li hemm ippreparat għalik. L-iktar li int trid terħi ftit minn dik ir-ras iebsa tiegħek għal dan ix-xahar huwa meta int tkun mal-ħbieb tiegħek, imma l-aktar fir-relazzjoni li int għandek. Meta int se tagħmel dan, se tara kemm kont stajt tirbaħ aktar fil-passat. Kun flessibbli.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma aħmar, kannella u abjad.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li dan ix-xahar tagħraf tkun ta’ direzzjoni pożittiva għalik ġejja minn Leo.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 11, 24 u 31.
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.
Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Ix-xahar ta’ Settembru se jkun dak ix-xahar li għal xi raġuni ta’ bla kontroll, se jagħmlek terġa’ taħseb fuq l-imħabba li kellek fil-passat, u din sejra tikkawża ftit ta’ emozzjoni madwarek għax minħabba li int kont għaddejt minn xi sofferenza, allura, sejra taffetwak sentimentalment. Però, agħraf ħu dik it-tagħlima li int se terġa’ tħoss din is-sitwazzjoni sabiex qatt ma terġa tirrepeti l-istess żball, imma ħares ’il quddiem.
Kuluri favoriti ma’ taurus huma aħdar, oranġjo u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-istilla li dan ix-xahar tagħraf tkun ta’ direzzjoni pożittiva għalik ġejja minn Virgo.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 12, 29 u 30.
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Ix-xahar ta’ Settembru se jkun dak ix-xahar li se jiftaħlek l-opportunitajiet f’dak li għandu x’jaqsam ma’ karriera. Huwa xahar mimli attività li int ovvjament dan ħejjejt għaliha. Issa wasal iż-żmien li din tagħmilha attiva, u bl-għaqal tiegħek, għalkemm se tiltaqa’ ma’ diversi kurrenti, int bħala Gemini taf kif għandek tqum għall-okkażjoni. Settembru jaf jagħtik riflessjoni fuq xi emozzjoni li għaddejt minnha. Agħraf!
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma blu, isfar u oranġjo.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-istilla li dan ix-xahar tagħraf tkun ta’ direzzjoni pożittiva għalik ġejja minn Libra.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 13, 27 u 38.
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Ix-xahar ta’ Settembru se jkun dak ix-xahar fejn int se tagħmel analiżi ta’ sitwazzjoni romantika li int għandek bħalissa fejn tanalizza kemm int jixraqlek tkun iktar rispetta u għandek tingħata iktar attenzjoni sentimentali. Meta dawn bħalissa mhumiex ġejjin tant mis-sieħeb tiegħek, għalhekk int se tagħmel analiżi sabiex tara tirrifletti kemm dak li hemm huwa tajjeb jew le għalik. Irrifletti sew.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma abjad, blu u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li dan ix-xahar tagħraf tkun ta’ direzzjoni pożittiva għalik ġejja minn Sagittarius.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 14, 29 u 33.
Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu
Ix-xahar ta’ Settembru se jkun dak ix-xahar fejn int b’mod kalm u trankwill, għandek tasal għall-konklużjoni ta’ dak li tant ilek taħseb dwaru. Dan huwa dak ix-xahar li se jagħtik dik il-fortuna li int tant għandek bżonn dwar din il-konklużjoni li tant ilek ittella’ u tniżżel dwarha. Tħallix dan ix-xahar jgħaddi u tibqa’ bla deċiżjoni. Issa huwa l-mument jekk int vera trid li timxi ’l quddiem b’ritmu aħjar u pożittiv.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li dan ix-xahar tagħraf tkun ta’ direzzjoni pożittiva għalik ġejja minn Scorpio.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 17, 25 u 39.
Leo huma magħrufin kemm huma umli.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Ix-xahar ta’ Settembru se jkun dak ix-xahar għalik ta’ pjanar kemm fil-karriera tiegħek u anke fil-ħajja tiegħek. Kemm jekk int f’relazzjoni u kemm jekk int f’ħajja single. Dwar il-karriera, ovvjament huwa żmien li tagħraf tqassam aħjar, u toħloq bilanċ anke għalik. Fl-imħabba, wasal il-mument li tagħti aktar importanza, u jekk single, hemm bżonn ta’ ħin sabiex tmur għad-delizzju li int tant għandek għal qalbek.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma oranġjo, isfar u kannella.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li dan ix-xahar tagħraf tkun ta’ direzzjoni pożittiva għalik ġejja minn Capricorn.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 12, 26 u 32.
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru
Ix-xahar ta’ Settembru għalik ovvjament huwa x-xahar tal-fortuna, fejn int għandek 30 jum li l-fortuna taf tagħtik ħafna sitwazzjonijiet pożittivi, kważi f’dak kollu li int tixtieq. Dan huwa perjodu fejn jekk int tagħraf timxi, taf takkwista dak li tant tixtieq, ovvjament f’dak li huwa ta’ ġid meritat għalik. F’dan il-perjodu għandek tikkonċentra fuq il-karriera, l-imħabba u fuq is-saħħa tiegħek ħalli tħares iktar ’il quddiem.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma blu, aħdar u abjad.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-istilla li dan ix-xahar tagħraf tkun ta’ direzzjoni pożittiva għalik ġejja minn Aquarius.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 15, 29 u 34.
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.
Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru
Ix-xahar ta’ Settembru għalik huwa xahar ta’ sfida mil-lat li trid turi kemm għandek karattru. Dan sabiex min minn dawk ta’ madwarek jaħseb li jista’ jagħmel kull pass miegħek, int turi l-kontra u turi li int m’initx lest toqgħod għal kull sitwazzjoni. Din is-sitwazzjoni, int se turiha kemm fuq il-post tax-xogħol, u kemm fir-relazzjoni li tinsab fiha, fejn hawnhekk, l-aktar li trid tagħraf timxi sabiex int iżżomm kollox taħt kontroll.
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma aħmar, iswed u vjola.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li dan ix-xahar tagħraf tkun ta’ direzzjoni pożittiva għalik ġejja minn Pisces.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 18, 24 u 35.
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.
Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru
Ix-xahar ta’ Settembru għalik huwa xahar ta’ riflessjoni fl-imħabba, kemm dik li għandek fil-preżent u kemm dik li għaddejt minnha. Dwar il-passat, żgur sabiex kemm tista’ ma tirrepetix l-istess żbalji li ġew imwettqa u l-imħabba tal-preżent sabiex tiffoka iktar għall-għaqda bejnietkom u tkun aktar motivata u importanti li ma tieħu xejn for granted, għax jekk tagħmel hekk, tkun qed toqtol kollox.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma blu, roża u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li dan ix-xahar tagħraf tkun ta’ direzzjoni pożittiva għalik ġejja minn Aries.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 14, 26 u 37.
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.
Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Ix-xahar ta’ Settembru għalik huwa xahar ta’ tibdil għalik professjonali fejn tispikka l-aktar l-attenzjoni dwar il-figura tiegħek. Dan tajjeb li tagħraf tibda xi dieta. Tajjeb li tibda tagħmel xi mixja jew tattendi xi gym u tajjeb ukoll li bil-modi anke ta’ stil ta’ kif tilbes, ikun tajjeb li tbiddel xi ftit minnu. Dan huwa xahar li jagħtik dik il-bidla meħtieġa li int qed tħoss ġewwa fik li tant għandek bżonn.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma aħmar, blu u vjola.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li dan ix-xahar tagħraf tkun ta’ direzzjoni pożittiva għalik ġejja minn Taurus.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 15, 23 u 34.
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.